Reġistrazzjoni

Reġistrazzjoni


Sabiex tiġi rreġistrata Assoċjazzjoni ta' Prinċipali jew  Trade Union, għandha timtela l-applikazzjoni relatata u li trid tiġi ffirmata minn seba’ membri. L-applikanti għandhom iniżżlu l-isem, l-età u l-indirizz tagħhom, filwaqt li l-uffiċjali għandhom jindikaw il-kariga tagħhom fl-ispazju provdut.

Flimkien mal-formola mimlija għandhom jiġu annessi:-
 
• Żewġ kopji stampati tal-istatut iffirmati minn seba’applikanti.
 
• Żewġ listi tal-membri li juru l-isem, l-età (jekk taħt is-sittax-il sena) u l-indirizz ta’ kull membru, u magħhom il-formoli ffirmati għad-dħul tal-membri.

Il-formola tista’ tinkiseb mid-Dipartiment jew titniżżel minn din il-websajt.

L-applikazzjoni kompluta għandha tintbagħat lir-Reġistratur tat-Trade Unions fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, 121 Triq Melita, Valletta.
 
 
Ikklikja hawn​​ sabiex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni jew applika onlajn.