L-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, 2002 (EIRA) jispeċifika li kull tibdil fir-regoli ta' trade union jew ta’ assoċjazzjoni ta' prinċipali għandu jiġi rreġistrat mar-Reġistratur. Tali tibdil ma għandux jidħol fis-seħħ qabel id-data tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew minn data aktar tard skont kif jista' jkun speċifikat fir-regoli.
Ir-Reġistratur m'għandux jirreġistra xi regoli jew tibdil fir-regoli jekk:
(a) L-applikanti għar-reġistrazzjoni ma jkunux ġew awtorizzati kif mitlub biex japplikaw għal reġistrazzjoni, jew
(b) Xi wieħed mill-għanijiet tat-trade union jew tal-assoċjazzjoni ta’ prinċipali ma jkunx skont il-liġi, jew
(ċ) L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew ir-regoli tal-union jew tal-assoċjazzjoni ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-EIRA.
Reġistrazzjoni ta'
Tibdil Parzjali tar-Regoli -
applika onlajn jew niżżel l-applikazzjoni minn hawn
- Reġistrazzjoni
ta' Tibdil Sħiħ tar-Regoli - applika onlajn jew niżżel l-applikazzjoni minn hawn