It-Tribunal Industrijali huwa tribunal ġuridiku magħmul minn Chairman u żewġ membri (wieħed jirrapreżenta
l-interessi tal-ħaddiema u l-ieħor l-interessi tal-prinċipal) magħżulin minn żewġ panels differenti fil-każ ta’ tilwima industrijali, filwaqt ta’ Chairman waħdu fil-każ ta’ allegata tkeċċija nġusta. It-Tribunal huwa regolat bl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452).
It-Tribunal jisma it-tilwim fil-pubbliku imma jista wkoll iżomm seduti privati. Statements tal każijiet jiġu mitluba lil partijiet li wara jingħataw l-oppotunita’ li jsostnu l-każijiet tagħhom b’xiehda verbali.
Suġġett għar-regoli kif provduti fl-att, it-Tribunal huwa ħieles li jirregola l-proċeduri tiegħu stess imma huwa mistenni li josserva r-regoli tal-ġustizzja naturali u li jiddeċiedi fuq il-merti sostanzjati tal-każ quddiemu.
Id-deċiżżjonijiet jorbtu liż-żewġ partijiet. Il-partijiet huma ħielsa li jfittxu reviżżjoni fi żmien sena. Jistgħu ukoll jitolbu għall-interpretazzjoni f’każ ta’ bżonn. L-infurzar tad-deċiżjonijiet tat-Tribunal jaqgħu taħt ir-responsabilta tat-tribunal innifsu. Il-ministru għandu l-poter li jistaqsi lit-tribunal għal parir fejn jirrigwardja każijiet ta’ tilwim industrijali.
F’każijiet ta’ tkeċċija inġusta it-Tribunal jista jordna li l-impjegat jerġa jiġi mpjegat lura fl-impieg li kellu jew jingħata kumpens.
It-Tribunal m’għandux jagħti xi sentenza jew deċiżjoni li tkun kontra xi liġi, jew xi att ieħor li jkollu forza ta’ liġi, li jirregola l-pagi u pattijiet u kondizzjonijiet oħra ta’ impieg. It-tribunal ma jistax jidħol fuq il Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Ebda ħlas għal-applikazzjoni jew ħlasijiet tal-qorti ma’ huma meħtieġa. L-uniċi spejjeż involuti huma
tat-transcripts li jiġa akwistati bi-prezz raġjonevoli mingħand it-transcribers tal-qorti, u l-pagament dovut lil-persuni li tassisti lil applikant. L-ammont tal-ispejjeż huma stipulati fl-avviż legali 48 tal-1986 -Regolamenti dwar Drittijiet li jitħallsu.
L-uffiċju tat-Tribunal jinsab fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg u s-seduti jinżammu fil-qorti superjuri.
Preżentazzjoni ta’ kaz fit-Tribunal Industrijali
Każ quddiem it-Tribunal Industrjali għandu jitressaq permezz ta’ referta bil-miktub li trid tinkludi dikjarazzjoni dwar il-fatti tal-każ. Ir-referta li għandha tiġi preżentata lir-reġistru tat-Tribunal fil-Qrati ta’Malta trid tinkludi dikjarazzjoni dwar il-fatti tal-każ u għandha tiġi preżentata lir-reġistru tat- Tribunal fil-Qrati ta’Malta fi-żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta’ seħħ l-allegat ksur.