Informazzjoni

Informazzjoni


Il-funzjoni tal-aġenziji tal-impjieg hija li tiġbor persuni li qed iffitxu impieg u tqabbel il-kapaċatajiet tagħhom mal-opportunitajiet ta’ xogħol vakanti. F'Malta din l-attività hija rregolata mill-Avviż Legali 127 tal-1995 - Regolamenti dwar l-Aġenziji tal-Impieg, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1996.

Skont dawn ir-regolamenti kull persuna li twettaq xi servizz tal-impieg teħtieġ liċenzja maħruġa mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, ħlief meta s-servizzi jkunu pprovduti minn prinċipal għad-ditta tiegħu / tagħha stess. Din l-eżenzjoni tapplika wkoll fejn ikun hemm partnership, fejn il-persuna li twettaq is-servizz tkun sieħeb attiv, u għall-kumpannija prinċipali vis-à-vis l-impiegi ta' kwalunkwe sussidjarja li għandha interess ta' kontroll fiha.

 
Servizzi tal-Impiegi (li għalihom tkun meħtieġa liċenzja) jinkludu:
 
• Żamma tar-Reġistru tal-Impjieg - ta' applikanti li qed ifittxu impieg
 
• Servizzi ta’ Konsulenza għar-Reklutaġġ - ħruġ ta' reklami, intervisti, l-għażla u l-persuni li qed ifittxu impieg
 
• Servizzi ta’ Reklutaġġ barra minn Malta - is-servizzi kollha dwar ir-reklutaġġ għall-impieg barra minn Malta, inkluż offshore ta' persuni li jibqgħu domiċiljati f'Malta.
 
• Servizzi oħra - pereżempju r-reklamar għal dawk li jfittxu xogħol, fl-assenza ta’ ebda vakanza speċifika li tkun evidenti.
 
Ir-Regolamenti dwar l-Aġenziji tal-Impieg jikkontrollaw ukoll il-pubblikazzjoni ta' reklami għall-mili ta' vakanzi. Filwaqt li kull prinċipal jista' joħroġ reklam għall-mili ta' xi vakanza fl-istabbiliment tiegħu, l-identità tiegħu għandha tkun murija b’mod ċar fuq il-reklam. Kull prinċipal li ma jkunx jixtieq li jiżvela l-identità tiegħu għandu jirrikorri għand Aġenzija tal-Impieg liċenzjata. Ir-regolamenti jippreskrivu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta ssir applikazzjoni għal-liċenzja. Ir-regolamenti jippreskrivu wkoll il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi żgurat il-professjonaliżmu, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-applikanti għall-impieg u utenti oħra.
 
Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja huma stabbiliti fir-regolamenti dwar l-Aġenziji tal-Impieg. Tali kundizzjonijiet jinkludu d-dispożizzjonijiet ewlenin li ġejjin:
 
•  Il-liċenzja tinħareġ għal sena. Applikazzjoni għat-tiġdid tagħha għandha ssir qabel tiskadi. Irid jitħallas id-dritt ta' €349.41 meta ssir talba għat-tiġdid.
 
•  Bidliet għandhom jiġu notifikati bil-miktub lid-Direttur għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, xahar bil-quddiem.
 
•  M’għandux jintalab ħlas għall-applikazzjonijiet għall-impjieg u l-ebda arranġament ma jista' jsir għal tnaqqis ta' kwalunkwe miżati mid-dħul dovut minnhom.
 
•  Il-persuna kompetenti jew sostitut approvat għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-aġenzija / negozju u għandha tkun disponibbli f'kull ħin.
 
•  Is-servizz għandu jiġi pprovdut b'mod professjonali, il-post għandu jkollu faċilitajiet xierqa u jinżamm fi stat tajjeb.
 
• L-informazzjoni personali fornuta mill-applikanti għall-impieg u l-informazzjoni dwar in-negozju fornuta mill-utenti, għandha tiġi protetta u mħarsa sewwa.
 
• L-ebda servizz m’għandu jiġi provdut lid-Dipartimenti tal-Gvern, korpi parastatali u kumpaniji fejn il-Gvern ikollu interess ta' kontroll. L-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni jesiġi li dawn il-korpi jagħmlu użu mis-sevizzi tal-Jobsplus.
 
• Fejn ikun hemm involut reklutaġġ barra minn Malta, id-detentur ta’ liċenza huwa mistenni li jivverifika l-affidabilità tal-prinċipal u jgħaddi l-kundizzjonijiet tal-impieg flimkien ma' kampjun tal-kuntratt ta' servizz lid-Direttur għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, għall-approvazzjoni.
 
• Id-dispożizzjonijiet tal-Att, ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet tal-liċenzja għandhom jiġu mħarsa.
 

 

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Isem tal-Kuntatt

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg,
121, Triq Melita,
Valletta - Malta,
VLT 1121
Ara l-mappa
 Telefon
1575 Għall-Ħaddiema
1576 Għal Min Iħaddem
 Email