Min iħaddem għandu jżomm rekord aġġornat għal kull ħaddiem u dawn ir-rekords għandhom jinkludu:
1. Kopja ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ impjieg bil-miktub jew dikjarazzjoni jew ittra ta’ ingaġġ.
2. L-informazzjoni bażika tal-impjegat, bħall-isem, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni legali eċċ.
3. L-impjieg tal-ħaddiem
4. Id-data tal-bidu tar-relazzjoni tal-impjieg
5. In-natura tal-kuntratt, jiġifieri, jekk il-kuntratt kienx fuq full-time, part-time, definit, indefinit eċċ.
6. Rekord tal-pagamenti tar-rati tal-ħin kemm għar-rati tal-ħin ordinarji kif ukoll għar-rati tas-sahra.
7. Il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa mogħtija lill-ħaddiem, kif ukoll larranġamenti tal-leave.
8. Il-pagi totali mħallsa lill-ħaddiem.
9. Kwalunkwe bidla u aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-impjieg.