FAQs

​L-impjegat/impjegata jista’/tista’ jibgħat/tibgħat it-talba tiegħu/tagħha, li għandha tkun appoġġjata minn dokumenti, lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg li jrid jinvestiga u jieħu l-passi meħtieġa. L-azzjoni kriminali tista’ tinbeda biss mid-Dipartiment fi żmien preskriitt ta’ sena. Dan ma jippreġudikax id-dritt tal-impjegat/impjegata li jibda/tibda azzjoni ċivili kontra min iħaddem/tħaddem skont il-liġi ċivili.

  • L-impjegat/impjegata jista’/tista’ jfittex/tfittex l-għajnuna tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg u hu għandu jinvestiga l-każ, inkluż li jibda l-azzjoni kriminali kontra min iħaddem/tħaddem, jekk il-każ hekk jitlob.
  • L-impjegat/impjegata bħala individwu privat, jista’ jibda azzjoni fil-qorti ċivili.
  • Fil-każ ta’ allegat tkeċċija inġusta, trattament diskriminatorju, ksur tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, vittimizzazzjoni, fastidju u l-każijiet kollha li jirreferu għat-Tribunal Industrijali, l-impjegat/impjegata bħala individwu privat jista’/tista’ jibda/tibda azzjoni quddiem it-Tribunal Industrijali.