- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
FAQs
Is-sigħat normali tax-xogħol għal impieg full-time ivarjaw skont is-settur tal-industrija relevanti. Dawn huma stabbiliti fl-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi, li jirregolaw setturi bħal dawn skont l-attività tax-xogħol tagħhom. Is-sigħat normali ta’ xogħol ta’ impjegat/impjegata part-time għandhom ikunu inqas minn dawk maħduma minn impjegat/impjegata full-time komparabbli, ikkalkulati fuq bażi ta’ kull ġimgħa jew fuq medja ta’ perjodu ta’ impieg sa sena.
Jekk it-taħriġ huwa obbligatorju, min iħaddem/tħaddem għandu/għandha jittratta/tittratta dak il-perjodu bħala ħin tax-xogħol u jħallasha/tħallasha kif xieraq.
Fi kwalunkwe xogħol part-time, kemm jekk huwa impieg prinċipali jew sekondarju, impjegat/impjegata part-time huwa/hija intitolat/intitolata għad-drittijiet kollha li jgawdi/tgawdi l-impjegat/impjegata full-time komparabbli, fuq bażi pro-rata.
Impieg full-time b’sigħat imnaqqsa huwa xogħol li fir-rigward tiegħu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali huma pagabbli u meta l-impjegat/impjegata jaqbel/taqbel ma’ min iħaddmu, biex jaħdem/taħdem inqas sigħat, minn dawk maħduma minn full-timer komparabbli. F’tali każijiet, il-paga u drittijiet oħra għandhom jingħataw fuq bażi pro-rata.
Fejn min iħaddem jagħmel offerta ta’ telework, l-impjegat/impjegata huwa/hija liberu/libera li jaċċetta/taċċetta jew jirrifjuta/tirrifjuta l-offerta. Jekk impjegat/impjegata jitlob/titlob biex iwettaq/twettaq ix-xogħol bit-telework, min iħaddem/tħaddem jista’/tista’ jaċċetta/taċċetta jew jirrifjuta/tirrifjuta din it-talba. Filwaqt li t-telework huwa dejjem dipendenti fuq in-natura tax-xogħol imwettaq mill-impjegat/impjegata, l-arranġamenti tat-telework huma dejjem miftiehma bil-kunsens reċiproku ta’ min iħaddem/tħaddem u tal-impjegat/impjegata.
Fejn il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal minn sitt sigħat, impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal mhux inqas minn ħmistax-il minuta ta’ mistrieħ, sakemm perjodu itwal ta’ mistrieħ ma jkunx provdut minn xi regolament jew ftehim ieħor. Tali waqfa ta’ mistrieħ mhijiex ikkunsidrata bħala ħin tax-xogħol.
Kull ħaddiem/ħaddiema huwa/hija intitolat/intitolata għal perjodu minimu ta’ mistrieħ kuljum ta’ 11-il siegħa konsekuttivi.
Minbarra l-mistrieħ ta’ kuljum ta’ 11-il siegħa, kull ħaddiem/ħaddiema huwa/hija intitolat/intitolata għal perjodu ta’ mistrieħ bla interruzzjoni ta’ kull ġimgħa ta’:
ċ) Żewġ perjodi ta’ 24 siegħa konsekuttivi kull wieħed fi żmien perjodu ta’ 14-il jum.
Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi speċifikati mil-liġi, jista’ jkun hemm il-possibbiltà għal ħaddiem/ħaddiema li ma jieħux/tieħux il-perjodu sħiħ ta’ mistrieħ, sakemm perjodi ta’ mistrieħ kumpensatorji ekwivalenti jingħataw lill-ħaddiem/ħaddiema ikkonċernat/a fi żminijiet immedjatament wara l-perjodi korrispondenti maħduma.
Le, ċirkustanza bħal din hija pprojbita mil-liġi.
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja