FAQs

Għall-2025, il-paga minima nazzjonali relatata ma’ ġimgħa normali tax-xogħol hija:

Età minn 18-il sena ‘l fuq ……..……………… € 221.78

Età 17-il sena …………………………. € 215.00

Età 16-il sena ………………………….. € 212.16

Għal aktar informazzjoni, ikklikkja dan il-link.

​Il-bonus statutorju sħiħ u l-allowance ta’ kull ġimgħa pagabbli kull sitt xhur huwa kif ġej:

Tmiem Ġunju …………………………………………….. € 135.10 (Bonus)

Mill-15 sat-23 ta’ Diċembru ………… € 135.10 (Bonus)

Tmiem Marzu ………………………. € 121.16 (Allowance ta’ kull ġimgħa)​​

Tmiem Settembru ………………. € 121.16 (Allowance ta’ kull ġimgħa)

Iva, ż-żieda għall-għoli tal-ħajja hija obbligatorja. Impjegat/Impjegata full-time huwa/hija intitolat/intitolata għaż-żieda sħiħa, filwaqt li impjegat/impjegata part-time huwa/hija intitolat/intitolata għal parti miż-żieda tal-għoli tal-ħajja proporzjonalment għas-sigħat maħduma. Ħaddiema bi ftehim kollettiv jista’ jkollhom żidiet fil-pagi li huma barra jew inklussivi għall-COLA. Jekk huma inklussivi għall-COLA, allura dan ikun ifisser li l-impjegati jiksbu biss iż-żieda stipulata u mhux il-COLA, sakemm tali żieda tkun mill-inqas ugwali għall-ammont ta’ COLA.​

​Il-pagi għandhom jitħallsu f’intervalli regolari li ma jaqbżux l-4 ġimgħat b’lura. Perjodi differenti ta’ ħlas jistgħu jiġu miftiehma fi ftehim kollettiv. Jekk min iħaddem/tħaddem jonqos/tonqos milli jħallas/tħallas il-pagi dovuti lill-impjegati, ilment jista’ jitressaq mill-impjegat/impjegata, fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.

Il-paga pagabbli lill-impjegat/impjegata tista’ tikkonsisti minn kummissjoni sakemm il-paga minima ta’ kull ġimgħa tkun garantita u tali paga minima titħallas f’intervalli regolari li ma jaqbżux l-erba’ ġimgħat b’lura.

​Il-biċċa l-kbira tas-setturi għandhom ir-rati minimi ta’ sahra tagħhom regolati mill-Ordni li Jirregola l-Pagi rispettiva, li jirregola l-attività tax-xogħol tagħhom. Fejn ir-rati tas-sahra għall-kategorija partikolari ta’ impjegati ma jiġux irregolati mill-Ordni li Jirregola l-Pagi, ir-rata ta’ sahra applikabbli hija dik ta’ siegħa u nofs fis-siegħa meta maħduma aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa, medja fuq perjodu ta’ 4 ġimgħat jew matul ċiklu ta’ bidla fid-diskrezzjoni ta’ min iħaddem/tħaddem.​