FAQs

Iva, jekk ikun maqbul fi ftehim kollettiv jew speċifikat f’kuntratt tal-impieg jew dikjarazzjoni bil-miktub u awtorizzat mid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, min iħaddem jista’ jimponi multi fuq l-impjegati tiegħu/tagħha. Multi jinkludu wkoll sospensjoni mingħajr paga jew bi ħlas imnaqqas.

​Meta jitwettqu l-istess dmirijiet, l-impjegati huma intitolati għall-istess rata ta’ paga. Rati differenti ta’ paga jistgħu japplikaw biss jekk dan ikun ibbażat fuq tulijiet differenti ta’ servizz li huma riflessi taħt skali differenti ta’ salarji, żidiet annwali jew kundizzjonijiet oħra ta’ xogħol, sakemm dawn l-iskali tas-salarji jkollhom massimu li jinkiseb f’perjodu ta’ żmien speċifikat.

Ir-rata applikabbli għal kull siegħa pagabbli lil dawn l-impjegati hija, fil-prinċipju, ir-rata fis-siegħa pagabbli lill-impjegati tal-Gvern li jwettqu dmirijiet simili.​​

Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu:

a) L-impjegat/impjegata jingħata/tingħata kuntratt ta’ impieg bil-miktub,

b) Payslip dettaljat jinħareġ lill-impjegat.

ċ) Il-pagi għandhom ikunu ddepożitati bi ħlas dirett fil-kont bankarju tal-impjegat/impjegata,

d) L-ebda sottokuntrattar m’għandu jseħħ lil kuntratturi li jimpjegaw l-istess impjegati tal-kuntrattur prinċipali.​