FAQs

Iva. Il-Liv Urġenti tal-Familja huwa stabbilit minn S.L.452.88 – Regolamenti dwar ilLiv Urġenti tal-Familja, dan jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ April 2025.

Il-Liv Urġenti tal-Familja huwa ħin frank mix-xogħol minħabba force majeure għal raġunijiet urġenti tal-familja f’każijiet ta’ mard jew ta’ inċident li jagħmlu l-preżenza immedjata tal-impjegat indispensabbli.

L-impjegati kollha li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg.

Il-membri tal-familja li jikkwalifikaw għal liv urġenti huma ġeneralment membri immedjati tal-familja, bħal ġenituri, tfal, aħwa, konjuġi, u nanniet.

Le, il-membru tal-familja ma għandux għalfejn jgħix fl-istess dar bħall-impjegat.

L-impjegati għandhom jitolbu formalment liv urġenti billi jinfurmaw lil min iħaddimhom minn qabel. Jekk avviż minn qabel ma jkunx possibbli minħabba nnatura tal-urġenza, l-impjegat għandu jinnotifika lill-impjegatur mal-ewwel opportunità u jipprovdi evidenza jekk mitlub.