FAQs

L-Ordni dwar il- Kunsill tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja (Ordni) tikkonferma l-impenn tal-Gvern ta’ Malta li jindirizza x-xogħol prekarju billi jiżgura li jiġu stabbiliti l-istandards minimi talkundizzjonijiet tax-xogħol li jiggarantixxu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-ħaddiema.

L-ordni se tiżgura li l-persuni impenjati biex jipprovdu servizzi ta’ konsenja bi ħlas ta’ kwalunkwe prodott tal-konsumatur, jingħataw aċċess għad-drittijiet tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali billi jiżguraw id-determinazzjoni korretta tal-istatus tal-impjieg tagħhom, billi jippromwovu ttrasparenza, il-ġustizzja, u r-responsabbiltà fil-ġestjoni algoritmika fir-rigward tax-xogħol fuq pjattaforma diġitali u billi jtejbu t-trasparenza, it-traċċabbiltà, u s-sensibilizzazzjoni dwar l-iżviluppi fir-rigward ta’ din il-forma ġdida ta’ xogħol.

Dan l-istrument legali jistabbilixxi li l-ħaddiema kollha tal-pjattaformi għandhom jitqiesu bħala impjegati u għalhekk, huma għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet kollha mogħtija lill-impjegati kollha, bħall-paga minima, il-kundizzjonijiet tax-xogħol pereżempju r-rati tas-sahra, il-leave għallvaganzi, il-leave minħabba mard eċċ.

Il-ħaddiema tal-pjattaformi se jingħataw ukoll id-dritt dwar elementi speċifiċi oħra li huma partikolari għal din il-forma ġdida ta’ xogħol. Dan jinkludi informazzjoni dwar kif jaħdem lalgoritmu tas-sistema awtomatizzata tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sistema li tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiem f’dan is-settur. Inkluż ma’ dan tal-aħħar, l-impjegatur għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ awtomatizzati li jintużaw għall-monitoraġġ, is-superviżjoni jew l-evalwazzjoni talprestazzjoni tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi.

L-Ordni tippreżumi li hemm relazzjoni ta’ impjieg preeżistenti għall-ħaddiema tal-pjattaformi attwali kollha. Għalhekk, il-ħaddiema kollha tal-pjattaformi wara l-iskadenza ta’ tliet xhur millpubblikazzjoni ta’ din l-ordni se jitqiesu bħala impjegati tal-pjattaforma tax-xogħol diġitali jew ta’ kwalunkwe aġenzija intermedjarja li l-persuna ingaġġat biex tagħti s-servizz ta’ konsenja.

L-Ordni, tiddefinixxi mekkaniżmu li permezz tiegħu l-impjegatur preżunt, jiġifieri, il-Pjattaforma Diġitali tax-Xogħol jew l-aġenzija tax-xogħol, jew l-istess impjegat preżunt, jista’ jiddikjara li ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ impjieg. F’każ bħal dan, il-pretendent irid jagħti prova li r-relazzjoni attwali ma tissodisfax mill-inqas 4 mill-kriterji li ġejjin:
1. Id-determinazzjoni effettiva ta’, jew l-istipular tal-limiti massimi għal-livell ta’ remunerazzjoni;
2. Il-ħtieġa li l-persuna li twettaq xogħol fuq pjattaforma diġitali tirrispetta regoli obbligatorji speċifiċi fir-rigward tal-apparenza u l-imġiba lejn ir-riċevitur tas-servizz jew it-twettiq taxxogħol;
3. Issir is-superviżjoni tal-prestazzjoni tax-xogħol jew il-verifika tal-kwalità tar-riżultati taxxogħol, inkluż b’mezzi elettroniċi;
4. ir-restrizzjoni effettiva tal-għażla, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet, li jiġi organizzat ix-xogħol ta’ dak li jkun, b’mod partikolari d-deċiżjoni li wieħed jagħżel is-sigħat tax-xogħol jew ilperjodi ta’ assenza tiegħu, li jaċċetta jew jirrifjutata kompiti jew li juża sottokuntratturi jew sostituti;
5. ir-restrizzjonijiet effettivi tal-possibbiltà li tinbena bażi ta’ klijentela jew li jitwettaq xogħol għal kwalunkwe parti terza.

Madankollu, meta l-pjattaforma tax-xogħol diġitali, l-aġenzija tax-xogħol jew il-ħaddiem talpjattaforma jiddikjaraw li ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ impjieg, din il-parti hija responsabbli li tipprovdi l-prova kollha meħtieġa tar-relazzjoni ta’ impjieg eżistenti u li tali ħaddiem ma għandux jitqies bħala impjegat tal-pjattaforma u lanqas tal-aġenzija. Iżda, il-ħaddiem inkwistjoni xorta għandu jitqies bħala impjegat sal-konklużjoni ta’ dal-proċedimenti sabiex jiġi verifikat ta’ dak li qiegħed jiġi d-dikjarat, u għalhekk tali ħaddiem tal-pjattaforma u l-impjegatur għandhom jibqgħu soġġetti għal dan ir-regolament sakemm jitlestew tali proċedimenti.

Il-preżunt prinċipal għandu jittratta lill-ħaddiem inkwistjoni u jagħti d-drittijiet kollha u jittratta lillħaddiem bħala impjegat sakemm il-proċedimenti jiġu konklużi u l-verifika ta’ tali pretensjonijiet tiġi konkluża.

Il-preżunt prinċipal huwa responsabbli wkoll skont din l-ordni biex jikkollabora mal-Awtoritajiet Nazzjonali u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha kif meħtieġ mill-awtoritajiet imsemmija biex jiddeterminaw il-veraċità ta’ tali talba.