FAQs

L-Ordni se tidħol fis-seħħ minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ordni. Dan il-perjodu ta’ grazzja ġie stabbilit biex jiġi żgurat li l-pjattaforma diġitali tax-xogħol u/jew l-aġenzija jorganizzaw lilhom infushom u jirregolarizzaw ruħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-ordni.

L- individwi li qed jaħdmu mal-pjattaform attwalment li kienu diġa’ ingaġġati sabiex iwettqu xxogħol, ser ikunu kkunsidrati bħala impjegati mid- dħul tas- seħħ ta’ din l- ordni. Għalhekk, id- data tal- ingaġġ tal- ħaddiema ser tkun l- istess bħal tali data.

Madankollu, fir-rigward tal- perjodu tal-prova, l-ordni tqis li l- individwi kurrenti li huma diġà ingaġġati ser jitqiesu li kienu diġa’ ingaġġati mal-pjattaforma diġitali jew mal-aġenzija tax-xogħol.

Għalhekk, f’ dar- rigward, il- perjodu ta’ prova ta’ ħaddiem tal- pjattaforma ser tkun meqjusa li diġà kien ingaġġat fid- data inizjali meta bdiet il- ħidma, u l- proviżjoni tas-servizz tkun meqjusa li kienet kontinwa mill- ħaddiema tal- pjattaforma mal-pjattaforma diġitali rispettiva jew malaġenzija tax-xogħol skont il- każ.

Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, min iħaddem għandu jiżgura li dawk li għandhom relazzjoni ta’ impjieg jingħataw status ta’ impjieg ta’ perijodu indefinit jew definit u/jew fuq bażi full-time jew part-time.

L-impjegaturi għandhom jiżguraw li jipprovdu mill-inqas il-paga minima kif applikabbli bil-liġi, irrata tas-sahra fejn u meta applikabbli skont il-liġi, l-leave statutorju u l-leave speċjali kollu.

Min iħaddem għandu jiżgura li l-informazzjoni rilevanti kollha marbuta mal-kundizzjonijiet taxxogħol tkun disponibbli għall-impjegati tiegħu kif stipulat fl-Avviż Legali dwar it-Trasparenza u lKundizzjonijiet tax-Xogħol Prevedibbli. Jiġifieri, fi żmien sebat ijiem kalendarji min iħaddem għandu jiżgura li jipprovdi lill-impjegat bl-informazzjoni li ġejja:
– l-informazzjoni bażika ta’ min iħaddem,
– il-post tax-xogħol (f’dawn il-każijiet peress li ma hemm l-ebda post tax-xogħol fiss, limpjegatur jista’ jaħtar il-post tax-xogħol tal-pjattaforma diġitali tax-xogħol jew l-aġenzija tax-xogħol jew fejn xieraq ir-residenza tal-impjegatur)
– it-titolu tal-impjieg u d-deskrizzjoni tal-impjieg,
– id-data tal-bidu tar-relazzjoni ta’ impjieg,
– proċeduri ta’ terminazzjoni,
– ir-rinumerazzjoni u l-pakkett tas-salarji,
– perjodu ta’ prova,
– u arranġamenti oħra tax-xogħol bħal sahra u bidliet fix-xift
Minbarra l-informazzjoni l-oħra msemmija hawn fuq dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol jeħtieġ li tiġi pprovduta fi żmien xahar mill-impjieg mid-data tal-bidu tal-impjieg. Dawn huma kif ġej:
– intitolament għal taħriġ,
– informazzjoni dwar sahra imħallas skont il-liġi,
– ftehimiet kollettivi applikabbli,
– istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jirċievu kontribuzzjoni

Minħabba l-ispeċifiċità ta’ din in-niċċa tax-xogħol minbarra l-informazzjoni msemmija hawn fuq, limpjegatur għandu jipprovdi lill-impjegat fl-ewwel jum tad-data tal-impjieg tal-ħaddiem blinformazzjoni li ġejja f’format bil-miktub jew elettroniku sakemm tkun tista’ tiġi stampata jew maħżuna:

– informazzjoni dwar is-sistema ta’ monitoraġġ awtomatizzat li jiġu mfittxija biex jimmonitorjaw, jissorveljaw jew jevalwaw il-prestazzjoni tax-xogħol tal-ħaddiema talpjattaformi permezz ta’ mezzi elettroniċi.
– informazzjoni dwar sistemi awtomatizzati ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jintużaw biex jittieħdu jew jiġu appoġġati deċiżjonijiet li se jkollhom impatt sinifikanti jew jaffettwaw ilkundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi, b’mod partikolari l-aċċess tagħhom għall-assenjazzjonijiet tax-xogħol, il-qligħ tagħhom, is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali tagħhom, il-ħin tax-xogħol tagħhom, il-promozzjoni tagħhom u l-istatus relatat mal-impjieg tagħhom, inkluż ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni talkont diġitali tal-ħaddiema.
– informazzjoni dwar kif il-parametri ewlenin li tali sistemi jqisu u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri ewlenin fit-teħid awtomatizzata ta’ deċiżjonijiet, inkluż il-mod li bih iddata personali jew l-imġiba tal-ħaddiema tal-pjattaforma jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet
– informazzjoni dwar liema raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jirrestrinġu jew itemmu l-kont talħaddiem tal-pjattaforma jew kwalunkwe deċiżjoni b’effett simili.

L-impjegaturi huma obbligati wkoll li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ta’ hawn fuq lidDipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi u lir-rappreżentanti rispettivi talħaddiema fuq talba fi żmien raġonevoli.