FAQs

Impjegat/Impjegata li jaħdem/taħdem medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa bil-kundizzjoni li meta festa nazzjonali jew btala pubblika taqa’ fi kwalunkwe jum tal-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) u l-impjegat full-time ma jkunx skedat li jaħdem minn nofsillejl sa nofsillejl ta’ tali jum bħala parti mir-roster normali ta’ kull ġimgħa (li jkun off-day tal-impjegat), l-ekwivalenti f’sigħat ta’ jum tax-xogħol wieħed għandu jiżdied mal-intitolament għal-leave tal-impjegat.​

Il-Vacation Leave jibda jakkumula mill-bidu tal-impieg.

Meta impjegat/impjegata ikun/tkun impjegat/impjegata għal inqas minn sena kalendarja waħda, hu/hi għandu/għandha jkun/tkun intitolat/intitolata għal ammont proporzjonat ta’ leave annwali.

Għa​​lkemm huwa d-dritt tal-impjegat/impjegata li jagħżel/tagħżel meta japplika/tapplika għal-leave, l-applikazzjoni għal-leave għandha tkun approvata minn min iħaddem/tħaddem qabel ma’ impjegat/impjegata jkun/tkun jista’/tista jipproċedi/tipproċedi bil-leave. Min iħaddem/tħaddem jista’/tista’ japprova/tapprova jew jirrifjuta/tirrifjuta applikazzjoni għal-leave, filwaqt li jqis l-esiġenzi tax-xogħol.

Bi ftehim reċiproku ma’ min iħaddem/tħaddem, il-leave jista’ jittieħed f’sigħat. Inkella, jekk ma’ jkunx hemm l-ebda ftehim bejn min iħaddem/tħaddem u l-impjegat/impjegata, il-leave għandu jsir użu sħiħ minnu.

Perjodu minimu ekwivalenti għal erba’ ġimgħat (160 siegħa) ma’ jistax jiġi sostitwit bi kwalunkwe allowance, ħlief fejn l-impieg tal-ħaddiem/ħaddiema jiġi tterminat.