FAQs

Iva, l-impjegati huma intitolati għal perjodu massimu ta’  sena injury leave fuq paga sħiħa, bitnaqqis tal-ammont sħiħ ta’ kwalunkwe benefiċċju ta’ dannu li għalih dak l-impjegat/impjegata jista’/tista’ jkun/tkun intitolat/intitolata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jekk huwa/hija jkun/tkun imweġġa’ waqt il-qadi attwali tad-dmir tiegħu/tagħha u mhux minħabba negliġenza kontributorja min-naħa tiegħu/tagħha. kontra r-regoli ta’ sigurtà stabbiliti minn min iħaddem/tħaddem.

L-impjegati huma intitolati għal-leave taż-żwieġ imħallas skont l-Ordni relevanti li Jirregola l-Pagi li tirregola s-settur speċifiku ta’ l-industrija li fih huma impjegati. L-intitolament jista’ jvarja skont ir-regolament. Meta t-tip ta’ attività ta’ xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal jumejn tax-xogħol bħala leave taż-żwieġ.

Ma’ hemm l-ebda dritt fil-liġi għal-leave speċjali biex jattendi/tattendi l-qorti bħala xhieda ħlief fil-każ ta’ ħaddiema fis-settur tal-isptar u l-kliniċi li huma permessi leave speċjali mħallas biex jattendu l-qorti bħala xhieda fir-rigward ta’ każijiet tal-pulizija.

Jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegat/impjegata huma rregolati b’Ordni li Jirregola l-Pagi, il-ħaddiem/ħaddiema jitħalla/titħalla jieħu/tieħu leave ta’ Bereavement u jitħallas/titħallas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ mara, sieħeb ċivili, raġel, omm, missier, iben, bint, ħu jew oħt l-impjegat/impjegata. L-intitolament jista’ jvarja skont l-Ordni li Jirregola l-Pagi. Fejn it-tip ta’ attività ta’ xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal leave ta’ Breveament, ta’ ġurnata tax-xogħol.