FAQs

Jekk hemm riskji fuq ix-xogħol li jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà u/jew it-tqala tal-impjegata, dik l-impjegata hija intitolata għal leave speċjali tal-maternità sakemm ir-riskju jkun jeżisti.

​Kemm ħaddiema maskili kif ukoll nisa li kienu mill-inqas 12-il xahar f’servizz kontinwu ma’ min iħaddimhom għandhom id-dritt individwali li jingħataw parental leave bla ħlas fuq il-bażi tat-twelid, l-adozzjoni, it-trawwim jew il-kustodja legali ta’ tifel/tifla biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb dak it-tifel/tifla għal perjodu ta’ erba’ xhur sakemm it-tifel/tifla ikun laħaq/laħqet l-età ta’ tmien snin.

Il-bilanċ tal-parental leave tal-impjegat/impjegata huwa/hija trasferit għall-impieg il-ġdid. L-impjegat/impjegata mhux intitolat/intitolata għal-parental leave ġdid.​

Il-ġenituri f’impieg għandhom ikunu intitolati għal-leave tal-adozzjoni bla interruzzjoni ta’ 18-il ġimgħa, li 14-il ġimgħa minnhom għandhom jitħallsu bil-pagi sħaħ. L-impjegat/impjegata jista’/tista’ japplika/tapplika għall-benefiċċji mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-aħħar 4 ġimgħat li ma jitħallsux minn min iħaddem/tħaddem.​

​Jekk iż-żewġ persuni huma impjegati, allura t-18-il ġimgħa jistgħu jinqasmu kif miftiehem bil-miktub mill-ġenituri. Jekk persuna waħda biss tkun qiegħed/qiegħda jaħdem/taħdem, allura l-ġenitur jista’ jgawdi t-18-il ġimgħa. L-istess japplika għal ġenitur wieħed.

Leave għall-adozzjoni jista’ jittieħed kull meta tifel/tifla jiġi/tiġi adottat/adottata u għandu/għandha jibda/tibda mid-data meta’ t-tifel/tifla jgħaddi/tgħaddi fil-kura u l-kustodja ta’ ġenitur jew ġenituri adottivi.