- Leave Speċjali tal-Ġenituri għal Luttu
- Leave tal-Korriment tat-Tqala
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Il-Metodu ta’ ħlas tal-pagi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
- Żieda fil-multi (Multi)
- Estensjoni tal-Perjodu ta’ Preskrizzjoni għal Sentejn
- Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (Trasparenza fill-Pagi)
FAQs
Jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegat huma rregolati b’Ordni li Jirregola l-Pagi, il-ħaddiem jitħalla jieħu leave għat-twelid bi ħlas sħiħ fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu. L-intitolament jista’ jvarja skont l-Ordni li Jirregola l-Pagi. Fejn it-tip ta’ attività ta’ xogħol ma jkunx irregolat minn W.R.O., l-impjegat huwa ntitolat għal ġurnata tax-xogħol leave għat-twelid.
Impjegata li qiegħda tistenna tarbija tista’ tirrikorri għal-leave tal-maternità għal perjodu bla interuzzjoni ta’ tmintax-il (18) ġimgħa:
- L-ewwel erbatax-il (14) ġimgħa b’pagi sħaħ imħallsa minn min iħaddem,
- L-erba’ (4) ġimgħat li jifdal mhumiex obbligatorji u mhux imħallsa minn min iħaddem. Madankollu, jekk l-impjegata tagħżel li tuża dawn l-erba’ ġimgħat tal-leave tal-maternità, jew parti minnhom, l-impjegata tista’ tapplika għall-Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li għalih l-impjegata tista’ tkun intitolata.
L-impjegata għandha tinnotifika lil min iħaddimha bil-miktub bid-data meta bi ħsiebha tagħmel użu minn tali intitolament mill-inqas erba’ ġimgħat qabel il-bidu tiegħu, sa fejn huwa raġonevolment prattikabbli. L-impjegata hija obbligata li tagħmel użu minn sitt (6) ġimgħat tad-dritt totali immedjatament wara d-data tal-ħlas. Erba’ (4) ġimgħat oħra għandhom jittieħdu immedjatament qabel id-data mistennija tal-ħlas, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn min iħaddem/tħaddem u l-impjegata. Il-bilanċ ta’ intitolament li jifdal li għandu jsir użu minnu, kompletament jew parzjalment jista’ jittieħed, immedjatament qabel jew immedjatament wara l-perjodi msemmija qabel, kif l-impjegata tista’ tiddeċiedi.
Impjegata hija intitolata għal ħin liberu mingħajr telf ta’ paga jew ta’ xi benefiċċju ieħor, sabiex tattendi eżamijiet ta’ qabel it-twelid, jekk dawn l-eżamijiet iridu jsiru matul is-sigħat tax-xogħol tagħha.
Mat-tmiem tal-leave tal-maternità, l-impjegata għandha d-dritt li terġa’ tibda x-xogħol fil-kariga li qabel kienet tokkupa fil-bidu tal-leave tal-maternità u jekk din il-kariga ma’ tibqax disponibbli, għal post relatat.
Meta mara impjegata tirriżenja minn impieg mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti fi żmien sitt xhur mid-data li terġa’ tibda x-xogħol wara li tuża l-leave tal-maternità, hi għandha tkun responsabbli, li tħallas lil min iħaddem/tħaddem somma ekwivalenti għall-pagi li hija rċeviet matul dan il-leave tal-maternità
- Leave Speċjali tal-Ġenituri għal Luttu
- Leave tal-Korriment tat-Tqala
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Il-Metodu ta’ ħlas tal-pagi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
- Żieda fil-multi (Multi)
- Estensjoni tal-Perjodu ta’ Preskrizzjoni għal Sentejn
- Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (Trasparenza fill-Pagi)