FAQs

Il-perjodu ta’ preskrizzjoni jirreferi għaż-żmien massimu li fih jistgħu jinbdew il-proċedimenti legali. Ladarba jiskadi dan il-perjodu, id-dritt li titressaq talba jiġi preskritt u b’hekk jintilef.

L-Emenda għall-Att testendi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-bidu ta’ proċedimenti relatati ma’ reati skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) minn sena għal sentejn. Din il-bidla tapplika għal reati mwettqa skont l-Att jew kwalunkwe regolament jew ordni magħmula taħtu.

L-estensjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għal sentejn se tidħol fis-seħħ xahrejn (2) wara l-pubblikazzjoni tal-Emenda għall-Att fil-Gazzetta tal-Gvern. Tali Emenda għall-Att ġiet ippubblikata fil-Gazzetta ta’ Malta Nru 21,450 fis-6 ta’ Ġunju 2025; jiġifieri li l-perjodu ta’ preskrizzjoni l-ġdid se jkun applikabbli mis-6 ta’ Awwissu 2025 ’il quddiem.

Din il-bidla taffettwa lill-impjegaturi u lill-impjegati involuti fi proċedimenti relatati ma’ reati skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. L-impjegaturi għandhom ikunu konxji tal-perjodu ta’ żmien estiż li fih jistgħu jinbdew azzjonijiet legali kontrihom mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi

L-estensjoni tapplika għal reati skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li jistgħu jinkludu ksur relatat mal-kundizzjonijiet tal-impjieg, ir-relazzjonijiet industrijali, u regolamenti oħra relatati mal-impjiegi.

Le, din l-estensjoni għall-perjodu ta’ preskrizzjoni ma tapplikax b’lura. Jekk, pereżempju, il-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ sena ntemm fl-1 ta’ April 2025, tali talba xorta tibqa’ preskritta minn meta L-Att Emendatorju jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2025.