FAQs

Ir-Regolamenti tal-Aġenziji tal-Impjieg daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1996. Dawn ir-Regolamenti huma maħsuba biex jirregolaw l-aġenziji tal-Impjiegi li joffru servizzi ta’ reklutaġġ tiġbor flimkien u tqabbel in-nies li qed ifittxu impjieg u opportunitajiet ta’ impjieg.
Min-naħa l-oħra, ir-Regolamenti dwar ix-Xogħol Temporanju joħorġu mid-Direttiva 2008/104/KE talParlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u ġiet trasposta fil-liġi Maltija fil-5 ta’ Diċembru 2011. Dawn ir-Regolamenti jirregolaw lAġenziji ta’ Xogħol Temporanju li jassenjaw, kemm fuq bażi regolari kif ukoll fuq bażi irregolari, ilħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija lil impriżi utenti biex jaħdmu hemm temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom, kemm jekk attività bħal din hija l-attività prinċipali jew anċillari tal-aġenzija tax-xogħol temporanju kif ukoll jekk le.

L-għan tal-bidliet il-ġodda huwa li jiġu standardizzati l-kundizzjonijiet tal-aġenziji tal-impjieg, li jiġu stabbiliti proċeduri ċari, li jiġu infurzati l-kundizzjonijiet tal-liċenzji u li jiġi żgurat li l-individwi kwalifikati u kompetenti jkunu impenjati f’dan l-isforz. Ir-regolamenti l-ġodda għandhom jidħlu fisseħħ fl-1 ta’ April 2024.

Ir-regolamenti l-ġodda se jaffettwaw l-aġenziji tal-impjiegi li jagħtu s-servizzi li ġejjin lill-impriżi talutenti:
• Servizzi ta’ reklutaġġ
• Servizzi ta’ xogħol temporanju
• Servizzi ta’ outsourcing (kuntratturi u sottokuntratturi)

Is-servizzi ta’ reklutaġġ jinkludu kwalunkwe attività li tiġbor flimkien u tqabbel in-nies li qed ifittxu impjieg u opportunitajiet ta’ impjieg. Fi kliem ieħor, l-aġenziji tal-impjieg li jwettqu servizzi ta’ reklutaġġ jiffokaw biss fuq ir-reklutaġġ u l-għażla tal-ħaddiema u ma jidħlux f’kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg mal-ħaddiem.

Is-servizzi ta’ xogħol temporanju jirreferu għall-provvista ta’ ħaddiema bil-ħsieb li jkunu disponibbli għal parti terza li tassenja l-kompiti tagħhom u tissorvelja l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kompiti.

Servizzi ta’ outsourcing jirreferu għall-forniment ta’ ħaddiema bl-għan li jkunu disponibbli għal parti terza taħt is-superviżjoni, id-direzzjoni u l-kontroll tal-aġenzija ta’ outsourcing (kuntratturi u sottokuntratturi).