FAQs

Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw għal:

  • Kumpaniji li jwettqu kwalunkwe attività relatata mar-reklutaġġ għall-impjieg f’impriżi proprji.
  • Kwalunkwe reklutaġġ f’isem kwalunkwe prinċipal li l-identità tiegħu hija speċifikata b’mod ċar f’reklam li jistieden lill-applikanti għall-impjieg.
  • Kwalunkwe aġenzija ta’ outsourcing li tipprovdi servizzi professjonali minn professjonisti ġġustifikati, servizzi tekniċi fir-rigward tal-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir u makkinarju, u servizzi ta’ stħarriġ fir-rigward ta’ makkinarju u bastimenti.
  • Jobsplus meta twettaq il-funzjonijiet ta’ aġenzija tal-impjiegi.

Dawn ir-regolamenti japplikaw għall-impjegati kollha li daħlu f’kuntratt ta’ impjieg ma’ aġenzija taxxogħol temporanju jew aġenzija ta’ outsourcing.

Id-detenturi ta’ liċenzja valida mogħtija mid-Direttur tad-DIER jistgħu joperaw bħala aġenzija talimpjiegi fir-rigward jew tar-reklutaġġ ta’ persuni għall-impjieg, jew aġenzija tax-xogħol temporanju, jew aġenzija ta’ outsourcing.

Il-liċenzja tista’ tingħata jew għar-reklutaġġ ta’ persuni għal impjieg jew biex issir attività waħda jew it-tnejn li huma fir-rigward ta’ aġenzija ta’ xogħol temporanju u aġenzija ta’ outsourcing. Dan ifisser li f’każ li l-applikant ikollu l-ħsieb li jwettaq kemm servizzi ta’ reklutaġġ kif ukoll li jagħmel attivitajiet fir-rigward ta’ aġenzija tax-xogħol temporanju u aġenzija ta’ outsourcing, huma meħtieġa żewġ liċenzji separati.

Fl-eventwalità li aġenzija tal-impjieg jew kwalunkwe persuna oħra responsabbli għat-tmexxija talaġenzija tal-impjieg timponi kwalunkwe ħlas jew titlob kwalunkwe ħlas mill-applikanti għall-impjieg għandha tkun ħatja ta’ reat li jista’ jwassal għar-rifjut jew ir-revoka tal-liċenzja tal-aġenzija msemmija.

Le, kwalunkwe ftehim jew arranġament li jipprovdi għal forma ta’ esklużività għandu jkun null u bla effett.