FAQs

Il-garanzija bankarja hija maħsuba biex tiżgura l-konformità minn kwalunkwe aġenzija ta’ xogħol temporanju jew aġenzija ta’ outsourcing matul it-terminu tal-liċenzja.

Kwalunkwe impjegat li l-impjieg tiegħu jiġi tterminat minn aġenzija tax-xogħol temporanju jew minn aġenzija ta’ outsourcing minħabba r-revoka jew in-nuqqas ta’ tiġdid ta’ liċenzja.

L-impjegati affettwati jistgħu jitolbu minn dan il-fond jekk il-liċenzja ta’ aġenzija tiġi revokata jew ma tiġġeddidx. L-impjegati affettwati mir-revoka tal-liċenzja jew min-nuqqas ta’ tiġdid għandhom jinnotifikaw lill-Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija tal-Aġenziji tal-Impjieg fi żmien xahrejn biex jagħmlu talba.

L-Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija tal-Aġenziji tal-Impjieg għandu jirrilaxxa l-garanzija bankarja u jqassam l-ammont fi kwoti ndaqs bejn l-impjegati kollha tal-istess prinċipal li ġew itterminati minħabba r-revoka jew in-nuqqas ta’ tiġdid tal-liċenzja.

Fil-każ li l-aġenzija tax-xogħol temporanju jew l-aġenzija ta’ outsourcing m’għadx għandha lintenzjoni li tkompli twettaq kwalunkwe attività li teħtieġ tali liċenzja skont dawn ir-regolamenti, u li l-obbligi kollha taħt il-liċenzja u dawn ir-regolamenti jkunu ġew issodisfati, il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata fi żmien tliet (3) xhur min-notifika tad-Direttur tad-DIER.

Liċenzja għas-servizzi tar-Reklutaġġ tiswa EUR 3,000 u għandha titħallas tariffa ta’ EUR 1,500 ma’ kull applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenzja.
Liċenzja għal Servizzi ta’ xogħol temporanju u Servizzi ta’ outsourcing tiswa EUR 3,000 u għandha titħallas tariffa ta’ EUR 1,500 ma’ kull applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenzja.