- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
FAQs
Impjegat/Impjegata li jallega/tallega tkeċċija inġusta jista’ ressaq/tressaq ilment lit-Tribunal Industrijali fi żmien erba’ xhur mit-tmiem tal-impieg.
Min iħaddem/tħaddem huwa/hija taħt l-obbligu legali li jimpjega/timpjega mill-ġdid impjegat/impjegata li ġie/ġiet terminat/terminata qabel fuq il-bażi ta’ sensja jekk il-kariga li qabel kien jokkupa/tokkupa ssir disponibbli fi żmien sena mid-data tat-tmiem. Jekk min iħaddem/tħaddem jikser/tikser dan l-obbligu legali, l-impjegat/impjegata jista’/tista’ jibda/tibda proċedimenti quddiem it-Tribunal Industrijali fi żmien erba’ xhur mill-imsemmi ksur.
Mingħajr preġudizzju għal dak li jista’ jkun dovut fir-rigward ta’ avviż, l-impjegat/impjegata huwa intitolat/intitolata li jitħallas/titħallas fuq bażi proporzjonali skont il-perjodu tal-impieg, il-pagi pendenti, sahra, leave, bonusijiet eċċ, dovuti lilu/lilha fid-data tat-tmiem.
It-tul tal-perjodu tal-avviż jiddependi fuq it-tul kontinwu tas-servizz tal-impjegat/impjegata fl-istess impieg:
• Aktar minn xahar u sa sitt xhur – ġimgħa
• Aktar minn sitt xhur u sa sentejn – ġimgħatejn
• Aktar minn sentejn u sa erba’ snin – erba’ ġimgħat
• Aktar minn seba’ snin u sa tmien snin – disa’ ġimgħat
• Aktar minn tmien snin u sa disa’ snin – għaxar ġimgħat
• Aktar minn disa’ snin u sa għaxar snin – ħdax-il ġimgħa
• Aktar minn għaxar snin – tnax-il ġimgħa Fil-każ ta’ karigi tekniċi, amministrattivi, eżekuttivi jew maniġerjali perjodi itwal jistgħu jiġu miftiehma minn min iħaddem/tħaddem u mill-impjegat/impjegata. Madankollu, jekk l-impieg jintemm matul il-perjodu ta’ prova tiegħu/tagħha, japplika biss avviż ta’ ġimgħa, peress li l-impjegat/impjegata ilu/ilha jaħdem/taħdem għal aktar minn xahar.
Jekk l-impjegat/impjegata jagħżel/tagħżel li jieqaf/tieqaf iwettaq/twettaq ix-xogħol malli jirċievi/tirċievi avviż mingħand min iħaddem/tħaddem, min iħaddem/tħaddem huwa/hija obbligat/obbligata li jħallas/tħallas lill-impjegat/impjegata somma ugwali għal nofs il-pagi li għandhom jitħallsu fir-rigward tal-perjodu ta’ notifika mhux skadut.
Jekk l-impjegat/impjegata ma jingħatax/tingħatax l-opportunità li jaħdem/taħdem l-avviż, min iħaddem ikun obbligat li jħallas lill-impjegat/impjegata somma ugwali għall-pagi sħaħ li għandhom jitħallsu fir-rigward tal-perjodu ta’ avviż mhux skadut.
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja