FAQs

It-tariffi mhumiex se jiġu rimborżati lill-applikant jekk l-applikazzjoni jew kwalunkwe tiġdid jiġi rrifjutat jew revokat.

L-aġenzija tal-impjieg għandha timpjega persuna kompetenti fuq bażi full-time biex tmexxi l-aġenzija tal-impjieg. Barra minn hekk, il-persuna kompetenti titħalla tokkupa tali pożizzjoni ma’ aġenzija talimpjieg waħda (1) biss.

Iva, persuna kompetenti ġdida tista’ tinħatar fuq l-approvazzjoni tad-Direttur tad-DIER soġġetta għall-istess kriterji stabbiliti għall-persuna kompetenti f’dawn ir-regolamenti.

Persuna kompetenti għandha tkun:

  • Ċittadin Malti jew xi ħadd li huwa intitolat għal trattament ugwali għal ċittadini Maltin residenti f’Malta;
  • Ikollhom mhux inqas minn sitt (6) snin esperjenza fir-riżorsi umani jew ikollhom mhux inqas minn tliet (3) snin esperjenza fir-riżorsi umani u jkollha grad jew diploma, maħruġa millUniversità li tkun rilevanti fit-tmexxija ta’ riżorsi umani;
  • Jipprovdu ittra ta’ referenza minn professjonist ġustifikat jew l-prinċipal preċedenti tagħhom li għandha tinkludi attestazzjoni ta’ karattru morali tajjeb u fil-każ li l-ittra tiġi pprovduta millprinċipal preċedenti tagħhom, tal-esperjenza rilevanti fir-riżorsi umani.

Applikazzjoni għal liċenzja jew tiġdid jistgħu jiġu miċħuda u revokati fuq:

  • Nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att jew ta’ dawn irregolamenti u mhux rimedjat fi żmien 30 jum mid-data ta’ komunikazzjoni tad-Direttur.
  • L-attivitajiet tar-rikorrent mhumiex kompatibbli ma’ dawk ta’ aġenzija tal-impjieg u naqsu milli jirrimedjaw tali inadempjenza fi żmien tletin (30) jum.
  • L-applikant ma għandux rekord nadif ta’ konformità mal-obbligi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali u naqas milli jirrimedja tali inadempjenza fi żmien tletin (30) jum.
  • Abbażi ta’ proċess ta’ sħiħ ta’ evalwazzjoni magħmul mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta , lapplikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi jitqiesu li mhumiex mhix persuni tajba u xierqa.
  • F’każ ta’ kundanna għall-ewwel darba mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti u l-ksur ma jiġix rimedjat fi żmien tletin (30) jum mid-data tal-kundanna mill-qorti.
  • Jekk il-persuna rilevanti ġiet ikkundannata għat-tieni darba fir-rigward tal-ksur ta’ kwalunkwe liġi relatata mal-impjieg.
  • L-applikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi jkunu nstabu ħatja minn Qorti fir-rigward tal-ksur ta’ kwalunkwe liġi relatata mal-immigrazzjoni inkluż it-traffikar tal-bniedem.
  • L-applikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi responsabbli għat-tmexxija tal-aġenzija tal-impjiegi jkunu ċċarġjaw kwalunkwe tariffa jew talbu kwalunkwe pagament mingħand lapplikanti għal kwalunkwe servizz tal-impjieg.
  • L-applikant, il-persuna jew id-diretturi kompetenti jew kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi jew tikkontrolla ħamsa u għoxrin (25 %) jew aktar mill-kapital ġew ikkundannati minn kwalunkwe Qorti ta’ kwalunkwe reat kriminali skont dawn irregolamenti.
  • Id-detentur tal-liċenzja naqas milli jżomm lid-Direttur infurmat dwar kwalunkwe bidla finnatura tal-attivitajiet imwettqa u/jew milli jipprovdi lid-Direttur bid-dettalji tal-persuna kompetenti biex tmexxi l-aġenzija tal-impjiegi.
  • L-applikant ikun ipprovda informazzjoni jew għamel dikjarazzjonijiet lid-Direttur fir-rigward tal-applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenzja jew it-tiġdid tagħha li kienu li mhumiex preċiżi, foloz jew qarrieqa.
  • L-applikant naqas milli jipprovdi, jew iżomm, matul l-applikabbiltà ta’ kwalunkwe liċenzja mogħtija, garanzija bankarja.

Proċess sħiħ ta’ skrutinju huwa kontrol tal-isfond imwettqa mill-Pulizija ta’ Malta biex tidentifika jekk l-applikant, il-persuna kompetenti jew id-diretturi jew kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi jew tikkontrolla ħamsa u għoxrin (25 %) jew aktar mill-kapitali jkunu fi kwalunkwe ħin instabu ħatja ta’ jew li għandhom akkużi kriminali miġjuba kontrihom fost oħrajn għal kwalunkwe reat kriminali punibbli b’aktar minn sentejn (2) priġunerija għajr reat involontarju.