- Leave Speċjali tal-Ġenituri għal Luttu
- Leave tal-Korriment tat-Tqala
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Il-Metodu ta’ ħlas tal-pagi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
- Żieda fil-multi (Multi)
- Estensjoni tal-Perjodu ta’ Preskrizzjoni għal Sentejn
- Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (Trasparenza fill-Pagi)
FAQs
L-impjegat/impjegata għandu/għandha jfittex/tfittex li juża/tuża l-intitolament għal-Vacation Leave tiegħu/tagħha matul l-istess sena kalendarja meta jkun dovut. Jekk ma’ ssirx applikazzjoni għaliha, l-impjegat/impjegata ma’ jistax jitlob ħlas. Huwa possibli biss li l-impjegat/impjegata jressaq/tressaq ‘il quddiem sa 50% tal-intitolamnet tal-leave annwali għas-sena ta’ wara, jekk ikun hemm ftehim ma’ min iħaddem/tħaddem.
Malli jintemm/tintemm mill-impieg, impjegat/impjegata għandu/għandha d-dritt jitlob/titlob kumpens finanzjarju għal kwalunkwe bilanċ ta’ leave li għad irid jitħallas.
L-impjegat għandu d-dritt għal minimu ta’ tnejn u tletin (32) siegħa ta’ leave imħallas fis-sena, mogħti mill-prinċipal, għal raġunijiet urġenti tal-familja; bil-kundizzjoni li l-ewwel sittax (16)-il siegħa użati għal dan il-leave jitnaqqsu mil-leave annwali tal-impjegat, filwaqt li s-sittax (16)-il siegħa l-oħra jitnaqqsu mil-leave tal-mard annwali tal-impjegat, suġġett għall-ammont ta’ leave disponibbli rispettivament.
Dan il-leave urġenti għandu jkun relatat ma’ każijiet ta’ mard jew inċident li jseħħu lil membri tal-familja immedjata tal-impjegat.
L-ammont ta’ leave tal-mard ivarja sostanzjalment skont is-settur tal-industrija relevanti. L-ammont applikabbli tad-dritt għal-leave tal-mard huwa pprovdut:
- Fid-WRO rilevanti li jirregola s-settur speċifiku tal-industrija; jew
- Fejn is-settur mhux kopert minn WRO, impjegat/impjegata huwa/hija intitolat/intitolata għal ġimgħatejn ta’ xogħol ta’ leave tal-mard kull sena (ikkalkulat f’sigħat).
F’okkażjonijiet ta’ mard, ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat lil min iħaddem. Jekk in-nuqqas mix-xogħol ma’ jkunx kopert minn ċertifikat mediku, arranġamenti oħra (bħall-applikazzjoni għal-leave) għandhom jiġu mfittxija.
Min iħaddem/tħaddem huwa/hija meħtieġ/meħtieġa biss. li joħroġ/toħroġ pagi għall-ammont ta’ leave tal-mard, hekk kif provdut bil-liġi. Jekk impjegat/impjegata jibqa’/tibqa’ marid/marida wara li jkun eżawrixxa l-intitolament għal-leave tal-mard, huwa/hija jibqa/tibqa’ jirċievi/tirċievi biss il-benefiċċju tal-mard mis-Sigurtà Soċjali li għalih jista’ jkun/tkun intitolat/intitolata.
- Leave Speċjali tal-Ġenituri għal Luttu
- Leave tal-Korriment tat-Tqala
- Bidu ta' Impieg Ġdid
- Pagi
- Ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg
- Sigħat tax-Xogħol
- Leave
- Tmiem tal-Impieg
- Festi Nazzjonali u Pubbliċi
- Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-ħajja
- Il-Metodu ta’ ħlas tal-pagi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
- Fond għall-Ħlas tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata
- Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli
- L-Ordini tal-2022 tal-Kunsill tal-Pagi tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja
- Aġenziji tal-Impjiegi u r-Regolamenti tax-Xogħol Temporanju
- Leave Urġenti Tal-Familja
- Żieda fil-multi (Multi)
- Estensjoni tal-Perjodu ta’ Preskrizzjoni għal Sentejn
- Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (Trasparenza fill-Pagi)