Paga Minima Nazzjonali

Kemm hi l-paga minima tas-sena kurrenti?

Għas-sena 2025, il-paga minima nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegati whole-time hi:

Età ta’ 18-il ​sena u aktar​​​​​

​€​​221.78*

Età ta’ 17-il sena

€215.00​

​Taħt is-17-il sena

​€212.16​

Jeżistu pagi minimi oħra li huma applikabbli għal xogħlijiet differenti f’setturi industrijali speċifiċi. Kull impjegat huwa intitolat għal bonus statutorju u l-weekly allowance.

*Ftehim Nazzjonali dwar il-Paga Minima Nazzjonali ffirmat mill-Imsieħba Soċjali fil- 25 t’ Ottubru 2023 u effettiv permezz tal- Avviż Legali :

Ix- xenarji t’ hawn taħt jinkludu eżempji sabiex jinftiehem aħjar il- kunċett tal- implimentazzjoni tal- Paga Minima Nazzjonali

Xenarju 1

2024 Paga Minima Nazzjonali​

​€213.54

2024 Paga mogħtija lill- impjegat

€218.00​

Fl- 2024, l- impjegati rċevew paga ogħla mill- paga minima nazzjonali għal dik is- sena.

​Pagi skont il- ftehim il- ġdid


COLA

​Paga għal 2024

Fl- 2025

€5.24 fil- ġimgħa​

€223.24

F’ dan il- każ, il- paga tal- impjegat fl- 2024 kienet diġà ogħla mill- paga minima nazzjonali tal-2025 skont l- emendi.

Għalhekk, l- impjegat huwa intitolat biss għall- COLA tal- 2025. Il- COLA tkun miżjuda mal- paga bażika.

 

Xenarju 2

2024 Paga Minima Nazzjonali​

€213.54

2024 Paga mogħtija lill- impjegat

​​€215.00

2025 Paga Minima Riveduta bil- COLA

€220.24

2025 Paga Minima Nazzjonali

​€221.78

F’ dan il- każ, il- paga tal- impjegat fl- 2024 kienet ogħla mill- Paga Minima Nazzjonali tal- 2025. Madankollu, hija inqas mill- Paga Minima Nazzjonali tal- 2025.

Għalhekk, l- impjegat ikun intitolat għall- COLA tal- 2024, u pro-rata tas- suppliment ta’ 8.24 ewro li kien miżjud fuq il- paga minima, sabiex l- impjegati ikunu f’ livell mal- pagi minimi tal- 2025.​

Pagi skont il- ftehim il- ġdid


COLA​​​​​

​Paga għal 2025

Fl- 2025

€5.24 fil- ġimgħa​

€220.24

Suppliment pro-rata (biex ikopri d- differenza għal- paga minima tal- 2025)​

€1.54 fil- ġimgħa​

€221.78

Xenarju 3

​2024 Rata Minima fis- Siegħa

​€5.34

2024 Rata fis- Siegħa mogħtija lill- impjegat

​​€7.00

2025 Rata Minima fis- Siegħa

€5.54

F’ dan il- każ, ir- rata fis- siegħa tal- impjegat fl- 2024 kienet ogħla mir- rata minima fis- siegħa tal-2024.​

Għalhekk, l-impjegat huwa intitolat biss għar- rata tal- COLA fis- siegħa li hija €0.13.​

​Pagi skont il- ftehim il- ġdid

2024

​​€7.00 fis- siegħa

2025 Paga Minima Riveduta bil- COLA

​€7.13 fis- siegħa

Xenarju 4

​2024 Rata Minima fis- Siegħa

​€5.34

2024 Rata fis- Siegħa mogħtija lill- impjegat

​​€5.36

2025 Rata Minima fis- Siegħa

€5.54

F’ dan il- każ, ir- rata li kienet mogħtija fis- siegħa lill- impjegat fl- 2024 kienet ogħla mir- rata minima fis- siegħa tal- 2024.

Madankollu, hija inqas mir- rata minima fis- siegħa stabbilita għall- 2025.

Għalhekk, l- impjegat huwa intitolat għar- rata tal- COLA fis- siegħa ta’ €0.13, u pro-rata fis-Siegħa tas- suppliment tat- 8.24 ewro skont il- Paga Minima Nazzjonali tal- 2025.​

Pagi skont il- ftehim il- ġdid

2024

​€5.36 fis- siegħa

2025 bil- COLA (€0.13)​

€5.49 fis- siegħa

Suppliment pro-rata

(biex ikopri d- differenza għar- rata minima fis- siegħa

tal- 2025

€0.06 fis- siegħa

2025 bil- COLA u pro-rata tas- suppliment

​€5.54 fis- siegħa​

Impjegati Part-Time

Il-paga minima nazzjonali ta’ impjegati part-time għandha tiġi kkalkulata pro-rata bl-istess rata fis-siegħa ta’ impjegat whole-time komparabbli skont l-Ordni li Tirregola l-Pagi (WRO). F’każijiet fejn il-WRO ma tkunx applikabbli, il-pro-rata tiġi kkalkulata permezz tal-użu tal-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa applikabbli għal impjegat whole-time komparabbli, diviża b’erbgħin.

Fejn tapplika l-WRO:
Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegat whole-time komparabbli skont il-WRO applikabbli /
Sigħat fil-ġimgħa ta’ xogħol ta’ impjegat whole-time skont il-WRO applikabbli

Fejn il-WRO ma tapplikax:
Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegat whole-time komparabbli / 40

*Impjegati part-time huma intitolati għaż-żidiet mandatorji fuq il-Paga Minima Nazzjonali hekk kif maqbul bejn l-Imsieħba Soċjali fil- 25 t’ Ottubru 2023 fuq bażi pro-rata u bl-istess metodoloġija kif inhi spjegata hawn fuq.

Il-paga minima rilevanti tista’ tkun determinata mill-attività ekonomika tal-impriża kif stipulat fil-WRO applikabbli. L-informazzjoni provduta hija intenzjonata għall-informazzjoni ġenerali biss. Id-DIER ippubblika “Resource Pack” li fih jiġbor informazzjoni dwar il-pagi minimi settorjali applikabbli u drittijiet oħra. Tista’ tniżżel il-kopja tiegħek billi tikklikja HAWN​.

Jekk teħtieġ aktar dettalji sabiex tkun taf taħt liema settur hija kklassifikata l-organizzazzjoni tiegħek, inti ġentilment mitlub/a tagħmel kuntatt mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.