Dawn id-drittijiet il-ġodda għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema u talfamilji tagħhom. Dawn huma l-leave tal- paternità, il-leave tal-ġenituri, il- leave għall- persuni li jindukraw, u d-dritt li ssir rikjesta għal arranġamenti ta’ ħidma flessibli għal raġunijiet ta’ indukrar. Dawn ir-regolamenti ser ikunu effettivi mit-2 t’ Awwissu 2022.
Kif kienet qabel dawn l-emendi, il-liġi ta’ Malta tipprovdi għal massimu ta’ jumejn imħallsa bħala leave tal-paternità għall-impjegati fis-settur privati, li jvarjaw skont is-settur, u ħamest ijiem għall- ħaddiema tas-servizz pubbliku. Taħt dawn ir-regolamenti l-ġodda, missirijiet jew ittieni ġenitur ekwivalenti sa fejn ikun rikonoxxut mil-liġi nazzjonali, ser ikunu intitolati għal għaxart ijiem mħallsin ta’ leave tal-ġenituri li għandhom jittieħdu immedjatament wara t- twelid jew l-adozzjoni tal-wild.
Il-leave tal-ġenituri huwa dritt individwali intitolat għal kull ġenitur fuq bażi ta’ twelid jew adozzjoni tal-wild, sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lill- wild għal perjodu ta’ erba’ xhur sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ tmien snin. Bir-regolamenti l-ġodda, impjegat jista’ jibbenefika minn xahrejn mħallsa mill- intitolament t’ erba’ xhur bl-istess rata kif stabbilita għall- benefiċċju talmard taħt l- Att dwar is- Sigurtà Soċjali.
Il-leave għall- persuni li jindukraw huwa dritt ġdid ta’ ħamest ijiem bla ħlas fis-sena kull ħaddiem sabiex jieħdu ħsieb qraba fil-bżonn tal- għajnuna jew għal persuni li jgħixu fl-istess dar talħaddiem għal raġunijiet mediċi.
Barra minn hekk, dawn ir-regolamenti l-ġodda jistipulaw li l-impjegati li għandhom it- tfal sa tmien snin fl-età, u min jindokra, għandhom id-dritt jagħmlu rikjesta sabiex jaħdmu b’ mod flessibli għal raġunijiet ta’ indukrar.