L-Ordni, tiddefinixxi mekkaniżmu li permezz tiegħu l-impjegatur preżunt, jiġifieri, il-Pjattaforma Diġitali tax-Xogħol jew l-aġenzija tax-xogħol, jew l-istess impjegat preżunt, jista’ jiddikjara li ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ impjieg. F’każ bħal dan, il-pretendent irid jagħti prova li r-relazzjoni attwali ma tissodisfax mill-inqas 4 mill-kriterji li ġejjin:
1. Id-determinazzjoni effettiva ta’, jew l-istipular tal-limiti massimi għal-livell ta’ remunerazzjoni;
2. Il-ħtieġa li l-persuna li twettaq xogħol fuq pjattaforma diġitali tirrispetta regoli obbligatorji speċifiċi fir-rigward tal-apparenza u l-imġiba lejn ir-riċevitur tas-servizz jew it-twettiq taxxogħol;
3. Issir is-superviżjoni tal-prestazzjoni tax-xogħol jew il-verifika tal-kwalità tar-riżultati taxxogħol, inkluż b’mezzi elettroniċi;
4. ir-restrizzjoni effettiva tal-għażla, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet, li jiġi organizzat ix-xogħol ta’ dak li jkun, b’mod partikolari d-deċiżjoni li wieħed jagħżel is-sigħat tax-xogħol jew ilperjodi ta’ assenza tiegħu, li jaċċetta jew jirrifjutata kompiti jew li juża sottokuntratturi jew sostituti;
5. ir-restrizzjonijiet effettivi tal-possibbiltà li tinbena bażi ta’ klijentela jew li jitwettaq xogħol għal kwalunkwe parti terza.
Madankollu, meta l-pjattaforma tax-xogħol diġitali, l-aġenzija tax-xogħol jew il-ħaddiem talpjattaforma jiddikjaraw li ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ impjieg, din il-parti hija responsabbli li tipprovdi l-prova kollha meħtieġa tar-relazzjoni ta’ impjieg eżistenti u li tali ħaddiem ma għandux jitqies bħala impjegat tal-pjattaforma u lanqas tal-aġenzija. Iżda, il-ħaddiem inkwistjoni xorta għandu jitqies bħala impjegat sal-konklużjoni ta’ dal-proċedimenti sabiex jiġi verifikat ta’ dak li qiegħed jiġi d-dikjarat, u għalhekk tali ħaddiem tal-pjattaforma u l-impjegatur għandhom jibqgħu soġġetti għal dan ir-regolament sakemm jitlestew tali proċedimenti.