Il-Bord tat-Tmexxija qed jilqa’ kwotazzjonijiet għal servizzi ta’ kontabilità għas-snin finanzjarji li jispiċċaw fl-2025 u l-2026.
Il-partijiet interessati huma mitluba jitolbu t-termini ta’ referenza billi jibagħtu email lil [email protected]
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bl-email lil [email protected] jew bil-posta indirizzati lil Fond Fiduċjarju tal-Maternità, Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, 121, Triq Melita, Il-Belt Valletta u għandhom jjaslu sa mhux aktar tard min-nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2026.
Sottomissjonijiet tardivi ma jiġux aċċettati jew ikkunsidrati.