Sezzjonijiet

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jirregola b’mod bilanċjat il-kuntratti tax-xogħol, biex jiġi żgurat li kemm il-ħaddiem kif ukoll il-prinċipal josservaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Id-Dipartiment jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u  joffri l-aħjar protezzjoni lil dawk il-ħaddiema li l-kuntratt tal-impieg tagħhom ikun gie tterminat. L-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (EIRA) flimkien mal-Ordnijiet ta’ Standard Nazzjonali u l-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi huma il-legiżlazzjoni li tirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

It-taqsimiet tal-Ispettorat u tat-Terminations għandhom funzjoni fundamentali fid-Dipartiment u jinsabu fNru. 109 Triq Melita, Valletta. Dawn it-taqsimiet jieħdu ħsieb li jkunu osservati r-regolamenti tal-EIRA u li jsir l-infurzar tagħhom.

  • It-Taqsima tal-Ispettorat tipprovdi servizz ta’ customer care fil-pront lil dawk kollha li jiġu bżonn assistenza fuq kondizzjonijiet tax-xogħol. Jitwettqu spezzjonijiet f’postijiet tax-xogħol, sabiex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol jkunu qed jiġu osservati kif stabbilit fil-liġi.
  • It-Taqsima tat-Terminations tittratta każijiet ta’ terminazzjoni tal-impiegi u tirreferi għall-qorti każijiet li ma jkunux ġew solvuti bonarjament.

Iż-żewġ taqsimiet normalment ikunu impenjati bis-sħiħ biex jaqdu l-klijenti hekk kif l-uffiċjali kollha involuti jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jipprovdu servizz effettiv. Statistika dwar is-servizz li tirreferi għall-ewwel sitt xhur tal-2009 tindika li bħala medja resqu 18 il-persuna kuljum biex jinqdew f’dawn iż-żewġ taqsimiet filwaqt li l-medja tal-ħin ta’ stennija kienet 8.49 minuti. Huwa stmat li madwar 1,800 talba għas-servizz oħra jiġu rċevuti kull xahar permezz tat-telefown.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tat-taqsimiet tal-Ispettorat u tat-Terminations huma kif ġej:

Sajf (16 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru ) 08:00 hrs – 12:00 hrs (nofsinhar)

Xitwa (1 t’Ottubru – 15 ta’ Ġunju) 08:00 hrs – 15:30 hrs

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda: Meta tikklikkja l-links ta’ hawn fuq tiġi ridirezzjonat lejn websajt esterna. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg ma jaċċetta l-ebda responsabbilta’ għall-kontenut ta’ dan is-sit elettroniku.