Għas-sena 2026, il-paga minima nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegati whole-time hi:
Età ta’ 18-il sena u aktar
€229.44*
Età ta’ 17-il sena
€222.66
Taħt is-17-il sena
€219.82
Jeżistu pagi minimi oħra li huma applikabbli għal xogħlijiet differenti f’setturi industrijali speċifiċi. Kull impjegat huwa intitolat għal bonus statutorju u l-weekly allowance.
*Ftehim Nazzjonali dwar il-Paga Minima Nazzjonali ffirmat mill-Imsieħba Soċjali fil- 25 t’ Ottubru 2023 u effettiv permezz tal- Avviż Legali :
Ix- xenarji t’ hawn taħt jinkludu eżempji sabiex jinftiehem aħjar il- kunċett tal- implimentazzjoni tal- Paga Minima Nazzjonali
Xenarju 1
2025 Paga Minima Nazzjonali
€221.78
2025 Paga mogħtija lill- impjegat
€225.00
Fl- 2025, l- impjegati rċevew paga ogħla mill- paga minima nazzjonali għal dik is- sena. Pagi skont il- ftehim il- ġdid
COLA
Paga għal 2026
Fl- 2026
€4.66 fil- ġimgħa
€229.66
F’ dan il- każ, il-paga tal- impjegat fl- 2025 kienet diġà ogħla mill-paga minima nazzjonali tal-2026 skont l- emendi.
Għalhekk, l-impjegat huwa intitolat biss għall- COLA tal- 2025. Il-COLA tkun miżjuda mal- paga bażika.
Xenarju 2
2025 Paga Minima Nazzjonali
€221.78
2025 Paga mogħtija lill- impjegat
€222.00
2026 Paga Minima Riveduta bil- COLA
€226.66
2026 Paga Minima Nazzjonali
€229.44
F’ dan il- każ, il- paga tal- impjegat fl- 2025 kienet ogħla mill- Paga Minima Nazzjonali tal- 2025. Madankollu, hija inqas mill- Paga Minima Nazzjonali tal- 2026.
Għalhekk, l- impjegat ikun intitolat għall- COLA tal- 2026, u pro-rata tas- suppliment ta’ €3.00 (2023 national agreement by the low wage commission) li kien miżjud fuq il- paga minima, sabiex l- impjegati ikunu f’ livell mal- pagi minimi tal- 2026.
F’ dan il- każ, ir- rata fis- siegħa tal- impjegat fl- 2025 kienet ogħla mir- rata minima fis- siegħa tal-2025.
Għalhekk, l-impjegat huwa intitolat biss għar- rata tal- COLA fis- siegħa li hija €0.12.
Pagi skont il- ftehim il- ġdid
2025
€8.00 fis- siegħa
2026 Paga Minima Riveduta bil- COLA
€8.12 fis- siegħa
Xenarju 4
2025 Rata Minima fis- Siegħa
€5.54
2025 Rata fis- Siegħa mogħtija lill- impjegat
€5.58
2026 Rata Minima fis- Siegħa
€5.74
F’ dan il- każ, ir- rata li kienet mogħtija fis- siegħa lill- impjegat fl- 2025 kienet ogħla mir- rata minima fis- siegħa tal- 2025.
Madankollu, hija inqas mir- rata minima fis- siegħa stabbilita għall- 2026.
Għalhekk, l- impjegat huwa intitolat għar- rata tal- COLA fis- siegħa ta’ €0.12, u pro-rata fis-Siegħa tas- suppliment tat- €3.00 (2023 national agreement by the low wage commission) skont il- Paga Minima Nazzjonali tal- 2026.
Pagi skont il- ftehim il- ġdid
2025
€5.58 fis- siegħa
2026 bil- COLA (€0.12)
€5.70 fis- siegħa
Suppliment pro-rata
(biex ikopri d- differenza għar- rata minima fis- siegħa
tal- 2026
€0.04 fis- siegħa
2026 bil- COLA u pro-rata tas- suppliment
€5.74 fis- siegħa
Impjegati Part-Time
Il-paga minima nazzjonali ta’ impjegati part-time għandha tiġi kkalkulata pro-rata bl-istess rata fis-siegħa ta’ impjegat whole-time komparabbli skont l-Ordni li Tirregola l-Pagi (WRO). F’każijiet fejn il-WRO ma tkunx applikabbli, il-pro-rata tiġi kkalkulata permezz tal-użu tal-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa applikabbli għal impjegat whole-time komparabbli, diviża b’erbgħin.
Fejn tapplika l-WRO: Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegat whole-time komparabbli skont il-WRO applikabbli / Sigħat fil-ġimgħa ta’ xogħol ta’ impjegat whole-time skont il-WRO applikabbli
Fejn il-WRO ma tapplikax: Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa ta’ impjegat whole-time komparabbli / 40
*Impjegati part-time huma intitolati għaż-żidiet mandatorji fuq il-Paga Minima Nazzjonali hekk kif maqbul bejn l-Imsieħba Soċjali fil- 25 t’ Ottubru 2023 fuq bażi pro-rata u bl-istess metodoloġija kif inhi spjegata hawn fuq.
Il-paga minima rilevanti tista’ tkun determinata mill-attività ekonomika tal-impriża kif stipulat fil-WRO applikabbli. L-informazzjoni provduta hija intenzjonata għall-informazzjoni ġenerali biss. Id-DIER ippubblika “Resource Pack” li fih jiġbor informazzjoni dwar il-pagi minimi settorjali applikabbli u drittijiet oħra. Tista’ tniżżel il-kopja tiegħek billi tikklikja HAWN.
Jekk teħtieġ aktar dettalji sabiex tkun taf taħt liema settur hija kklassifikata l-organizzazzjoni tiegħek, inti ġentilment mitlub/a tagħmel kuntatt mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.