Kull applikazzjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
— Fil-każ ta’ persuna naturali, l-isem, l-indirizz u numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni legalment validu.
— Fil-każ ta’ persuna legali, l-isem ta’ dik il-persuna legali, l-indirizz reġistrat tagħha u nnumru ta’ reġistrazzjoni.
— In-numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, in-numru ta’ reġistrazzjoni tatTaxxa fuq l-Introjtu tal-applikant.
— Fil-każ ta’ persuna legali ċertifikat ta’ ‘good standing’ maħruġ mill-Malta Business Registry mhux qabel xahar mid-data tal-applikazzjoni.
— L-indirizz tal-post fejn qed jiġi propost li titwettaq l-attività, inkluża kopja tal-permess li turi li l-bini jista’ jintuża għal skopijiet kummerċjali.
— Informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet li għandhom jitwettqu:
- deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti;
- l-metodu ta’ finanzjament tal-aġenzija tal-impjiegi;
- dikjarazzjoni ta’ avviż ta’ intenzjoni u reklami fuq il-gazzetti;
- dettalji personali u l-curriculum vitae tal-persuna kompetenti.
— Ċertifikat ċertifikat riċenti ta’ ‘tax compliance’ mhux aktar tard minn xahar qabel id-data tal-applikazzjoni, maħruġ mill-Kummissarju tat-Taxxi li juri d-dettalji tar-reġistrazzjoni u ‘tax compliance status’ tal-persuna kompetenti, l-applikant u d-diretturi u azzjonisti kollha talapplikant fil-każ li l-applikant huwa persuna legali.
— Applikazzjoni għal liċenzja għal Servizzi ta’ xogħol temporanju u Servizzi ta’ outsourcing għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-applikant huwa kapaċi jipprovdi garanzija bankarja favur bankarja ta’ EUR 20,000 u somma ekwivalenti għal tnejn fil-mija (2%) tal-pagi annwali totali pagabbli lill-impjegati kollha tal-applikant fid-data tal-applikazzjoni, sa massimu ta’ EUR 300,000. Fil-każ ta’ aġenziji li jimpjegaw inqas minn 20 impjegat il-garanzija bankarja hija ta’ EUR 20,000.
— L-applikanti għandhom ukoll ikunu meħtieġa jissottomettu dokumentazzjoni tal-pagi u rekords tas-salarji.