Perjodi ta’ Mistrieħ

Fejn il-ġurnata tax-xogħol hija itwal minn sitt sigħat, l-impjegat hu intitolat għal mhux anqas minn ħmistax -il minuta mistrieħ sakemm m’hemmx provdut perjodu ta’ mistrieħ itwal b’regolament jew ftehim. Il-prinċipal mhux obbligat li jħallas għal waqfa ta’ mistrieħ għax din mhix kunsidrata bħala ħin ta’ xogħol.

Perjodu ta’ mistrieħ li jrid jingħata bejn ġurnata ta’ xogħol u oħra

Kull impjegat hu intitolat għal perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum minimu ta’ ħdax (11)-il siegħa konsekuttiva.

Mistrieħ fil-ġimgħa

Kull impjegat huwa intitolat għal perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ 24 siegħa mhux interrotti flimkien mal-ħdax (11)-il siegħa mistrieħ kuljum f’perjodu ta’ sebat ijiem, jew 48 siegħa konsekuttiva f’perjodu ta’ erbatax (14)-il  ġurnata flimkien mal-ħdax (11)-il siegħa mistrieħ ta’ kuljum.

Eċċezzjonijiet

Bħala regola ġenerali, il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ matul il-ġimgħa huma obbligatorji. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi speċifikati bil-liġi, jista’ jkun hemm possibilita’ li impjegat ma jieħux il-perjodu ta’ mistrieħ kollu, sakemm perjodi ta’ mistrieħ kompensatorji ekwivalenti jingħataw lil-impjegat konċernat f’ħinijet immedjatament wara l-perjodi maħduma.

IMPORTANTI

L ebda-perjodu ta’ mistrieħ ma jista’ jiġi sostitwit b’kumpens ta’ flus. Din iċ-ċirkostanza hi projbita mill-liħi.(ara A.L. 247 tal-2003, ir- Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol).