Perjodu ta' Notice

Meta impjegat itemm l-impjieg tiegħu waqt li jkun fi żmien ta’ prova, għandu jingħata avviż ta’ ġimgħa. Dan japplika jekk iż-żmien fl-impjieg kien ta’ aktar minn xahar.

L-avviż ta’ tmiem tal-impieg jingħata f’każ ta’ kuntratti indefiniti li jkunu għaddew iż-żmien ta’ prova. Dan l-avviż irid jingħata jew mill-impjegat, jekk ikun ser itemm l-impjieg, jew mill-prinċipal f’każ ta’ sensja.

Il-perjodu tal-avviż jiġi kkalkolat skont kemm l-impjegat kien ilu jaħdem mal-prinċipal b’mod kontinwu kif spjegat hawn taht:

  • ​Għal iżjed minn xahar iżda mhux iżjed minn sitt xhur- ġimgħa;
  • ​Għal iżjed minn sitt xhur iżda mhux iżjed minn sentejn- ġimgħatejn;
  • ​Għal iżjed minn sentejn iżda mhux iżjed minn erba’ snin- erba’ ġimgħat;
  • ​Għal iżjed minn erba’ snin iżda mhux iżjed minn seba’ snin- tmien ġimgħat;
  • ​Għal iżjed minn seba’ snin, ġimgħa waħda addizzjonali għal kull sena jew parti minnha sussegwenti ta’ servizz sa massimu ta’ tnax-il ġimgħa;
  • ​Jew dawk iż-żminijiet itwal kif jista’ jiġi miftiehem bejn il-prinċipal u l-impjegat fil-każ ta’ karigi tekniċi, amministrattivi, eżekuttivi jew ta’ direzzjoni

F’każ ta’ impjiegi tekniċi, amministrattivi, eżekuttivi u maniġerjali, perjodi itwal ta’ avviż jistgħu jiġu miftehmin bejn min iħaddem u l-impjegat jekk il-paga ma tkunx anqas mid-doppju tal-paga minima.

L-avviż ta’ tmiem tal-impieg ma jistax jiġi estiż.