Leave tal-Korriment tat-Tqala

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2026, il-Leave tal-Korriment tat-Tqala huwa dritt legali ġdid li joffri appoġġ lill-ġenituri u lill-persuni li jkunu esperjenzaw it-telf ta’ tqala qabel it-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa, kemm jekk dan iseħħ b’mod naturali, minħabba kumplikazzjonijiet mediċi, jew permezz ta’ intervent mediku meħtieġ. Jekk it-tqala tintemm wara it-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa, id-dritt jinbidel għal Leave tal-Maternità.

L-impjegati kollha, irrispettivament mill-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, jew it-tip ta’ kuntratt, huma intitolati għal dan il-leave, inklużi dawk li jaħdmu part-time u dawk fuq perjodu ta’ prova. Il-Leave tal-Korriment tat-Tqala jipprovdi seba’ (7) ijiem ta xogħol bħala leave imħallas b’mod sħiħ, li għandhom jittieħdu immedjatament wara t-telf tat-tqala. Kemm mill-persuna li tkun esperjenzat il-korriment kif ukoll il-ġenitur l-ieħor li jkun qed jistenna tarbija jistgħu jieħdu dan il-leave.

L-impjegati għandhom jipprovdu lill-prinċipal tagħhom, fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara li jerġgħu lura għax-xogħol, ċertifikat mediku li jikkonferma li t-telf tat-tqala seħħ qabel it-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa. Il-ġenitur l-ieħor li jkun qed jistenna tarbija għandu wkoll jippreżenta dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni ffirmata mill-ġenitur li tkun esperjenzat il-korriment biex ikun intitolat. Il-prinċipal jistgħa japplikaw għal rifużjoni tal-leave imħallas mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien tliet (3) xhur.

Meta jerġgħu lura għax-xogħol, l-impjegati jżommu d-drittijiet u l-benefiċċji kollha tagħhom u ma jistgħux jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew terminazzjoni minħabba li ħadu dan il-leave. L-informazzjoni medika u personali relatata għandha tiġi trattata b’kunfidenzjalità u skont il-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta.