Kemm ħaddiema rġiel kif ukoll nisa għandhom id-dritt individwali li jingħataw leave tal-ġenituri fil-każ ta’ twelid, adozzjoni, fostering jew kustodja legali ta’ tifel biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb dak il-wild.
L- intitolament tal- leave tal- ġenituri huwa ta’ erba’ (4) xhur għal kull ġenitur sakemm it-tifel jew tifla jagħlqu t-tmien (8) snin.
Jekk impjegat ikun qed jibbenefika mill-parental leave qabel it-2 ta ’Awwissu 2022, dan ifisser li t-twelid seħħ qabel it-2 ta’ Awwissu 2022, u b’ hekk japplikaw l-4 xhur mhux imħallsa. Drittijiet ġodda għal-leave tal-ġenituri daħlu fis-seħħ għat-twelid/adozzjonijiet li seħħew mit-2 ta ’Awwissu 2022.
Il-leave tal-ġenituri għandu jitħallas għall-perjodu ta’ xahrejn (2) ( 8 ġimgħat), bl-istess rata stabbilita għall-intitolament għall-benefiċċjutal-mard taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u għandu jittieħed f’ perjodi tal- inqas ġimgħatejn.
Kif jitħallas il- leave tal- ġenituri għal kull ġenitur jiddependi skont l- età tal- wild jew l- ulied illi għalihom applikaw għal- leave tal- ġenituri, u għandu jitħallas b’ dan il- mod:
(a) Jekk il- wild jew l- ulied illi għalih jew għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri ma jkunx għadu jew għadhom , għalaq jew għalqu l- erba’ (4) snin = jitħallas ħamsin fil-mija (50%) tal-intitolament (4 ġimgħat);
(b) Jekk il- wild jew l- ulied illi għalih jew għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu l- erba’ snin (4), iżda ma jkunx għadu jew għadhom , għalaq jew għalqu l- età ta’ sitt (6) snin = jitħallas ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-intitolament (ġimagħtejn);
(ċ) Jekk il- wild jew l- ulied illi għalih jew għalihom ingħata l- leave tal- ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu sitt snin (6), iżda ma jkunx għadu jew għadhom , għalaq jew għalqu l- età ta’ sa tmien (8) snin = jitħallas ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-intitolament (ġimgħatejn).
Fil- każ ta’ leave tal-ġenituri illi jingħata lil foster carers, ir-rata ta’ pagament għandha tkun kif spjegat hawn fuq, iżda l-pagament jingħata għal kull ġenitur illi japplika għal-leave tal-ġenituri u mhux għal kull wild li jiġi fostered.
Il- ħaddiem irid ikun ilu jaħdem mal-istess prinċipal għal perjodu kontinwu ta’ mill-anqas tnax (12)-il xahar sabiex ikun eliġibbli biex japplika għal- Leave tal- Ġenituri, sakemm perjodu iqsar ma jkunx ġie miftiehem.
ll-prinċipal obbligat iżomm rekord tal-leave tal-ġenituri mogħti lil kull ħaddiem.
Il-ħaddiem jista’ jagħmel talba bil- miktub sabiex jingħata rendikont ta’ din l- informazzjoni. Ir- rikjesta tista’ ssir ukoll wara t-terminazzjoni tal-impjieg. Il- prinċipal għandu jgħaddi dikjarazzjoni bil-miktub tal-leave fi żmien ġimagħatejn (2) mit-talba.
Dan id-dritt huwa rregolat mir- Regolamenti tal-2022 dwar il-Bilanċbejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw.