Leave tal-Carers

L-impjegati kollha għandhom id-dritt għal-leave tal-carers mingħajr ħlas ta’ ħamest (5) ijiem ta’ xogħol fis-sena, biex jipprovdu kura personali jew appoġġ għal raġuni medika serja fix-xenarji li ġejjin:

  • lil qarib
  • lil persuna li tgħix fl-istess dar tal-ħaddiem

Għandha tingħata prova medika mill-impjegat li l-qarib, jew il-persuna li tgħix fl-istess dar tal-ħaddiem u li fir-rigward tagħha jintalab il-leave tal-carers, tkun qed issofri minn marda u tkun teħtieġ kura u appoġġ.

Dan l-intitolament huwa regolat minn: Ir-Regolamenti tal-2022 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw