Leave Urġenti tal-Familja

L-impjegatur huwa marbut bil-liġi li jagħti lil kull impjegat total minimu ta’ 32 siegħa b’paga fis-sena bħala ħin liberu għal raġunijiet familjari urġenti. Dawn is-sigħat għandhom jitnaqqsu mil-liv annwali tal-impjegat u mill-intitolament għal-liv għall-mard.
Mit-32 siegħa liv tal-familja urġenti li għalihom huwa intitolat impjegat full-time, l-ewwel 16-il siegħa meħuda bħala liv tal-familja urġenti jitnaqqsu mill-intitolament għal-liv annwali tal-impjegat. It-tieni 16-il siegħa meħuda bħala liv tal-familja urġenti jitnaqqsu mill-intitolament annwali għal-liv għall-mard imħallas tal-impjegat. Dan il-leave urġenti għandu jkun relatat ma’ każijiet ta’ mard jew inċident għall-membri tal-familja immedjata tal-impjegat.