DIRETTUR ĠENERALI

DIANE VELLA MUSCAT

M.Sc.(Hons)(Melit.)

Direttur Ġenerali

Diane Vella Muscat ingħaqdet mas-Servizz Pubbliku sbatax-il sena ilu, fejn kienet tokkupa diversi rwoli f ’korpi regolatorji u ta’ governanza, fosthom id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u investigazzjonijiet fi ħdan is-Servizz Pubbliku Malti. F ’Jannar 2019, inħatret Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Funzjoni ewlenija ta’ dan ir-rwol hija l-ħarsien ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol u ż-żamma ta’relazzjonijiet industrijali tajbin. Bħala Direttur Ġenerali (DIER) Diane qiegħda fuq diversi bordijiet li għandhom rabta diretta mas-settur tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, bħall-Employment Relations Board, l-MCESD u l-Occupational Health and Safety Authority Board, Centre for Labour Studies, l-Kumitat fuq il-liġijiet tax-Xogħol Settorjali (WROs) u fuq livell internazzjonali fuq il-management boards tal-Eurofound u l-European Labour Authority. 

Diane għandha Masters Degree fil-Public Policy u MSC Degree fil-Management. Hija wkoll Certified Information System Auditor.