Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi

Il-Bord tar-Relazzjonijiet Industrijali ġie stabbilit fis-27 ta’ Diċembru 2002 meta ġie ppromulgat l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (KAP 452).
Dan il-Bord tripartitiku huwa magħmul minn:

  • · president indipendenti maħtur mill-Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali
  • · id-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li għandu jaġixxi bħala Viċi President
  • · erba’ rappreżentanti tal-ħaddiema nnominati mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali minn fost l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-ħaddiema fil-Kunsill imsemmi 
  • · erba’ rappreżentanti ta’ min iħaddem innominati mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali minn fost l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ min iħaddem fil-Kunsill imsemmi
  • · tliet persuni oħra maħtura mill-Ministru responsabbli għall-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali
  • · tliet osservaturi maħtura mill-Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali li jirrappreżentaw il-gvern, il-ħaddiema u min iħaddem rispettivament

Il-funzjonijiet ta’ dan il-Bord huma li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar regolamenti li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jagħti pariri lill-Ministru dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kundizzjonijiet tal-impjieg jew dwar kwalunkwe kwistjoni riferuta lilu mill-Ministru. Dan il-Bord għandu wkoll is-setgħa li jagħżel b’mod konġunt membri li ma jivvutawx u li jaħtar sottokumitati.  

Fil-preżent il-Bord tar-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg huwa magħmul kif ġej:

Il-President

Dr. Roselyn Borg

Viċi President

Ms Diane Vella Muscat (Director General – Industrial Relations)

Rappreżentanti tal-Gvern

Mr Mark Musu

Dr Joyce Cassar

Mr Mark Grech

Osservatur tal-Gvern

Mr Jason Joseph Agius

Rappreżentanti tal-Ħaddiema

Mr Chris Attard

Dr. Martin Balzan

Mr Josef Vella

Mr Joseph Bugeja 

Osservatur tal-Ħaddiema

Dr Christopher Vella

Rappreżentanti ta’ Min Iħaddem

Mr Joseph Farrugia

Mr Norbert Grixti

Mr Kevin Rapinett

Mr Andrew Aquilina

Osservatur ta’ Min Iħaddem

Dr Matthew Brincat

Segretarja

Ms Mary Grace Cassar