Dipartiment dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali
MIN AĦNA
Li nħarsu l-interessi tal-partijiet f’kuntratti tal-impjiegi, filwaqt li fi spirtu ta’ sħubija soċjali, nippromowvu relazzjonijiet tal-impjieg tajba u nikkontribwixxu lejn relazzjonijiet industrijali stabbli.
Kundizzjonijiet tal-Impjieg: Nipprovdu tagħrif dwar kundizzjonijiet tal-impjieg fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija, nirregolaw kuntratti tal-impjieg b’mod ġust sabiex niżguraw li d-drittijiet u l-obbligi kollha ta’ kull parti fil-kuntratt jiġu mħarsa, Inħarsu d-drittijiet tal-impjiegi tal-impjegati li l-impjieg tagħhom ikun ġie terminat, nippromowvu prattiċi tajba f’konformita’ mal-leġiżlazzjoni eżistenti.
Relazzjonijiet Industrijali: Niffaċilitaw il-ħolqien ta’ relazzjoni tajba bejn assoċjazzjoni ta’ prinċipali u trade unions, nipprovdu metodi għar-riżoluzzjoni volontarja ta’ tilwim industrijali u nagħmlu ħilitna biex ninkoraġġixxu riżoluzzjonijiet ta’ dan it-tip.
Relazzjonijiet Internazzjonali: Nikkoordinaw u naħdmu mill-qrib prinċipalment mal-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kif ukoll ma’ korpi governattivi oħra li għandhom rwol fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi, inżommu kuntatti fuq livell tekniku ma’ korpi internazzjonali, inkluż l-ILO fir-rigward ta’ obbligi internazzjonali ratifikati minn Malta fil-qasam tax-xogħol.L-IMPENN TAGĦNA LEJN IL-KLIJENTI
Livell ta’ servizz li wieħed jistenna meta jikkuntattja jew iżur l-Uffiċċji tagħna:
Aħna se nittrattawk b’rispett u b’mod professjonali.
Aħna niggarantixxu l-kunfidenzjalità fuq kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni.
L-istandards tas-servizzi tagħna huma konformi mad-Direttiva 4-2 Standard għas-Servizz ta’ Eċċellenza offrut mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Impjegati Pubbliċi.
Nimpenjaw ruħna li nwieġbu mat-3 darba li jdoqq it-telefon, b’mod ċar u b’għarfien. L-uffiċjali ser jidentifikaw ruħhom u jittrattawk b’kortesija u rispett
Meta żżur id-Dipartiment
L-uffiċċji tagħna joffru ambjent nadif u sigur, u se niżguraw li s-servizzi tagħna jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Il-ħin ta’ stennija se jkun ta’ madwar 15-il minuta f’ċirkustanzi normali.
Meta tikkuntattjana permezz ta’ ittra jew email
Se nibagħtu konferma fi żmien jum tax-xogħol minn meta nirċievu l-ittra jew l-email tiegħek.
Appuntamenti
Tweġibiet għal talbiet għal appuntamenti jiġu provduti fi żmien jum tax-xogħol, bid-data tal-appuntament tkun fi żmien 3 jiem tax-xogħol mid-data tat-talba.
RESPONSABBILTAJIET TAL-KLIJENT
Il-klijenti huma mistennija li: Jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta. Jittrattaw il-ħaddiema b’kortesija u rispett. Iżommu mal-ħinijiet u l-appuntamenti allokati meta applikabbli.
AĦNA NIVVALUTAW IL-FEEDBACK TIEGĦEK KIF TIKKUNTATTJANA
Jekk tixtieq tissottometti feedback, suġġerimenti, jew ilmenti ġentilment:
Ikkuntattjana skont id-dettalji murija hawn: Ikkuntattjana (gov.mt)
Permezz tas-servizz.gov billi ċċempel fuq 153, jew online fuq Issotometi ilment
Il-kunfidenzjalità tiegħek tkun garantita. Tirċievi il-feedback tagħna fi żmien 3 ijiem tax-xogħol.
KIF TIKKUNTATTJANA
Dipartment dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, 121, Triq Melita, Il-Belt Valletta VLT 1121, Malta
Sa biex jiġi ffaċilitat il-kuntatt mas-servizzi u d-dipartment, il-metodi ta’ kuntatt dirett huma disponibbli fuq is-sit: https://dier.gov.mt/; [email protected]; 1575 (for Employees) or 1576(for Employers)