Li nirregolaw u nħarsu d-drittijiet tax-xogħol b’mod imparzjali, li nippromwovu relazzjonijiet tal-impjieg tajba filwaqt li nikkontribwixxu u nsaħħu relazzjonijiet industrijali tajba.
Id-Dipartiment jittratta diversi aspetti relatati mal-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjiegi. Il-ħidma ewlenija tad-Dipartiment titwettaq f’dawn l-oqsma:
Kundizzjonijiet tal-Impjieg
Nipprovdu tagħrif dwar kundizzjonijiet tal-impjieg fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija
Nirregolaw kuntratti tal-impjieg b’mod ġust sabiex niżguraw li d-drittijiet u l-obbligi kollha ta’ kull parti fil- kuntratt jiġu mħarsa
Inħarsu d-drittijiet tal-impjegati li l-impjieg tagħhom ikun ġie tterminat
Nippromwovu prattiċi tajba f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti.
Relazzjonijiet Industrijali
Niffaċilitaw il-ħolqien ta’ relazzjoni tajba bejn assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali u trade unions
Nipprovdu metodi għar-riżoluzzjoni volontarja ta’ tilwim industrijali u nagħmlu ħilitna biex ninkoraġġixxu riżoluzzjonijiet ta’ dan it-tip.
Relazzjonijiet Internazzjonali
Nikkoordinaw u naħdmu mill-qrib prinċipalment mal-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kif ukoll ma’ korpi governattivi oħra li għandhom rwol fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi
Inżommu kuntatti fuq livell tekniku ma’ korpi internazzjonali, inkluż l-ILO fir-rigward ta’ obbligi internazzjonali ratifikati minn Malta fil-qasam tax-xogħol