Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi

Il-Bord tar-Relazzjonijiet Industrijali ġie stabbilit fis-27 ta’ Diċembru 2002 meta ġie ppromulgat l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (KAP 452).

Dan il-Bord tripartitiku huwa magħmul minn:

  • · president indipendenti maħtur mill-Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali
  • · id-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li għandu jaġixxi bħala Viċi President
  • · erba’ rappreżentanti tal-ħaddiema nnominati mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali minn fost l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-ħaddiema fil-Kunsill imsemmi
  • · erba’ rappreżentanti ta’ min iħaddem innominati mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali minn fost l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ min iħaddem fil-Kunsill imsemmi
  • · tliet persuni oħra maħtura mill-Ministru responsabbli għall-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali
  • · tliet osservaturi maħtura mill-Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali li jirrappreżentaw il-gvern, il-ħaddiema u min iħaddem rispettivament

Il-funzjonijiet ta’ dan il-Bord huma li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar regolamenti li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jagħti pariri lill-Ministru dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kundizzjonijiet tal-impjieg jew dwar kwalunkwe kwistjoni riferuta lilu mill-Ministru. Dan il-Bord għandu wkoll is-setgħa li jagħżel b’mod konġunt membri li ma jivvutawx u li jaħtar sottokumitati.

Fil-preżent il-Bord tar-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg huwa magħmul kif ġej:

Il-President

Dr. Roselyn Borg

Viċi President

Is-Sinjura Diane Vella Muscat (Direttur Ġenerali – Relazzjonijiet Industrijali)

Rappreżentanti tal-Gvern

Is-Sur Kevin Agius

Is-Sur Bernard Zarb

Is-Sur Mark Musu

Osservatur tal-Gvern

Dr Brendan Zerafa

Rappreżentanti tal-Ħaddiema

Is-Sur Chris Attard

Dr. Martin Balzan

Is-Sur Josef Vella

Is-Sur Joseph Bugeja

Osservatur tal-Ħaddiema

Dr Christopher Vella

Rappreżentanti ta’ Min Iħaddem

Is-Sur Joseph Farrugia

Eż. Rueben Cuschieri

Is-Sur Norbert Grixti

Is-Sinjura Joan Haber

Osservatur ta’ Min Iħaddem

Dr Matthew Brincat

Segretarja

Is-Sinjura Mary Grace Cassar