FAQs

Jekk impjegat ibbenefika mil- leave tal- ġenituri qabel it- 2 t’ Awwissu, u jfisser li t- twelid sar qabel it- 2 t’ Awwissu, dan ifisser li l- erba’ xhur bla ħlas japplika. L- intitolamenti l- ġodda talleave tal- ġenituri huwa effettiv għal twelid/adozzjoni li jseħħu wara t- 2 t’ Awwissu 2022

Impjegat irid ikun ilu fl- impjieg mal- istess imgħallem għal eprjodu kontinwu ta’ tnax-il xahar qabel ikun jista’ japplika sabiex jagħmel użu mill- leave tal- ġenituri.

Mill- erba’ xhur leave tal- ġenituri, ix-xahrejn leave bla ħlas, jistgħu jiġu trasferiti minn ġenitur għall- ieħor.

Xahrejn mill- erba’ xhur tal-leave tal-ġenituri għandu jitħallas bl-istess rata stabbilita għallintitolament għall-benefiċċju tal-mard taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u għandu jitqassam hekk:

L- erba’ xhur tal- leave tal- ġenituri jista’ jittieħed kollu f’ daqqa, iżda, ir- Regolamenti introduċew proċedura mqassma kif jittieħed:

– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-erba’ (4) snin , 4 ġimgħat biss tal-intitolament jitħallas bir-rata applikabbli;
– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu l-erba’ snin (4), iżda ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-età ta’ sitt (6) snin, ġimagħtejn biss tal-intitolament jitħallas bir-rata applikabbli;
– Jekk il-wild jew l-ulied illi għalih jew għalihom ingħata l-leave tal-ġenituri jkun jew ikunu għalaq jew għalqu sitt snin (6), iżda ma jkunx għadu jew għadhom, għalaq jew għalqu l-età ta’ sa tmien (8) snin, ġimagħtejn biss tal-intitolament jitħallas bir- rata applikabbli

Il-Leave tal-persuni li jindukraw jirreferi għal-leave mix- xogħol għall- ħaddiema sabiex jipprovda kura jew sapport personali għal qarib tagħhom, jew għal persuna li tgħix fl- istess dar tagħhom li għandha bżonn kura jew sapport personali għal raġunijiet mediċi serji. Kull ħaddiem huwa intitolat għal ħamest ijiem leave tal-persuni li jindukraw bla ħlas fis- sena.