FAQs

F’każijiet bħal dawn l-impjegat għandu d-dritt li jressaq ilment lill-awtorità nazzjonali biex jitlob lillimpjegatur imsemmi jipprovdi tali informazzjoni lill-impjegat inkwistjoni. L-awtorità nazzjonali għandha wkoll il-fakultà li tniedi investigazzjoni biex tiddetermina n-natura tal-ksur minn min iħaddem. F’każijiet fejn jiġi determinat dan il-ksur, min iħaddem għandu jkun responsabbli għal multa.

Min iħaddem għandu jżomm rekord aġġornat għal kull ħaddiem u dawn ir-rekords għandhom jinkludu:
1. Kopja ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ impjieg bil-miktub jew dikjarazzjoni jew ittra ta’ ingaġġ.
2. L-informazzjoni bażika tal-impjegat, bħall-isem, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni legali eċċ.
3. L-impjieg tal-ħaddiem
4. Id-data tal-bidu tar-relazzjoni tal-impjieg
5. In-natura tal-kuntratt, jiġifieri, jekk il-kuntratt kienx fuq full-time, part-time, definit, indefinit eċċ.
6. Rekord tal-pagamenti tar-rati tal-ħin kemm għar-rati tal-ħin ordinarji kif ukoll għar-rati tas-sahra.
7. Il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa mogħtija lill-ħaddiem, kif ukoll larranġamenti tal-leave.
8. Il-pagi totali mħallsa lill-ħaddiem.
9. Kwalunkwe bidla u aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-impjieg.

Min iħaddem għandu l-obbligu u d-dmir li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni b’konnessjoni malkondizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-ħaddiem fejn u meta meħtieġ mill-awtoritajiet nazzjonali.

Le, sakemm ma jkunx hemm bidla fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fil-bidliet fil-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-post tax-xogħol, jew l-applikazzjoni tal-Artikolu 42 tal-EIRA.

Le, il-kuntratti ta’ żero sigħat huma pprojbiti. Madankollu, hemm xi ċirkostanzi eċċezzjonali fejn tali kuntratti huma permissibbli bil-liġi. Dawn huma:
1. F’każijiet fejn in-natura tal-attività tax-xogħol li għandha titwettaq teħtieġ id-disponibbiltà ta’ ħaddiema sostituti fi żmien qasir. Madankollu, anke f’din il-kundizzjonalità, il-kuntratt ta’ żero sigħat mhuwiex l-impjieg sħiħ tal-ħaddiem imsemmi.
2. F’każijiet fejn il-ħaddiem ikun student full-time.

Jekk u fejn jinqalgħu każijiet bħal dawn u l-kundizzjonijiet għal tali permissibilità tal-liġi għal kuntratt ta’ żero sigħat huma ssodisfati, ir-responsabbiltà u l-prova bħala tali huma tal-impjegatur.

Il- perjodu ta’ prova ma jistax ikun itwal minn 6 xhur. Fil-każ ta’ kuntratt ta’ tul ta’ żmien fiss, ilperjodu ta’ prova jrid ikun proporzjonat mat-tul ta’ żmien tal-kuntratt.

It-tul ta’ żmien ta’ kuntratt b’terminu fiss ma jistax ikun iqsar minn sitt xhur. Madankollu, f’każijiet fejn il-kuntratt b’terminu fiss huwa iqsar minn sitt xhur min iħaddem għandu jelenka b’mod ċar, irraġunijiet oġġettivi għal tali tul ta’ żmien iqsar fl-istess kuntratt ta’ impjieg.

Perjodu ta’ prova jista’ jkun ta’ 12-il xahar jekk tali perjodu jkun għal kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiem f’pożizzjoni teknika, amministrattiva, eżekuttiva jew maniġerjali.