FAQs

F’każijiet fejn min iħaddem ikun meħtieġ jipprovdi taħriġ lill-impjegati tiegħu skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-UE jew kif stipulat fil-ftehim kollettiv għal dawn l-impjegati biex iwettqu xxogħol tagħhom, ir-responsabbiltà għall-għoti tat-taħriġ u l-ispejjeż ta’ dan it-taħriġ għandhom jitħallsu minn min iħaddem.

Kwalunkwe ħaddiem, inklużi dawk il-ħaddiema li r-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom intemmu għandhom id-dritt għal soluzzjoni tat-tilwim u dritt għal rimedju fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw minn dawn ir-regolamenti. F’każijiet bħal dawn id-DIER li huwa l-awtorità nazzjonali kompetenti, iniedi investigazzjoni bbażata fuq l-ilment ipprovdut mill-ħaddiem imsemmi.

Kwalunkwe azzjoni minn min iħaddem li jkollha l-għan li tivvittimizza jew tissoġġetta lil kwalunkwe ħaddiem jew rappreżentant tal-ħaddiema għal trattament negattiv għandha titqies bħala illegali.

F’każijiet fejn ir-raġuni tat-tkeċċija ta’ ħaddiem hija li l-ħaddiem irrifjutat jew propost li jirrifjuta li jikkonforma ma’ rekwiżit li l-impjegatur impona jew ħoloq li jimponi li jmur kontra dawn irregolamenti.

Il-ħaddiema għandhom ukoll id-dritt li jitolbu r-raġuni għat-tkeċċija, f’każijiet fejn iqisu li tali tkeċċija ġiet affettwata abbażi tal-eżerċizzju leġittimu tagħhom ta’ dawn ir-regolamenti, u f’każijiet fejn il-ħaddiem jistabbilixxi l-fatti quddiem it-Tribunal li tali tkeċċija ġiet affettwata għal tali raġunijiet, l-oneru tal-prova ser jaqa’ fuq l-impjegatur.

Jekk persuna tinstab ħatja ta’ tali ksur, tali persuna tkun responsabbli għal multa ta’ mhux inqas minn €450.00

Biex tibda, min iħaddem għandu l-ewwel jistabbilixxi qafas strutturat għall-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-impjiegi bbażat fuq kriterji oġġettivi u newtrali għall-ġeneru bħall-ħiliet, l-isforz, ir-responsabbiltà u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan jinvolvi li jiġu identifikati u miġbura flimkien rwoli li jikkostitwixxu xogħol ta’ valur ugwali.

Il-linji gwida madwar l-UE jipprovdu appoġġ prattiku lil min iħaddem fl-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ evalwazzjoni tal-impjiegi newtrali għall-ġeneru bl-użu ta’ kriterji oġġettivi bħall-ħiliet, ir-responsabbiltà, l-isforz u l-kundizzjonijiet tax-xogħol: EU-wide guidelines on gender-neutral job evaluation and classification: Step-by-step toolkit